5. L-istabbiliment ta' ekonomija ħadra ta' l-idroġenu u tat-tielet rivoluzzjoni industrijali fl-Ewropa (dikjarazzjoni bil-miktub)
Id-dikjarazzjoni 16/2007 ippreżentata mill-Membri Zita Gurmai, Anders Wijkman, Vittorio Prodi, Umberto Guidoni u Claude Turmes dwar l-istabbiliment ta' ekonomija ħadra ta' l-idroġenu u tat-tielet rivoluzzjoni industrijali fl-Ewropa fuq il-bażi ta' sħubija mar-reġjuni u l-ibliet involuti, l-SMEs u u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. B'riżultat ta' dan, skond l-Artikolu 116(4) tar-Regoli ta' Proċedura, se tiġi ppreżentata lid-destinatarji u ppubblikata flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji fit-Testi Adottati tas-sessjoni ta' 22_05.2007.