21. Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra * (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra [COM(2006)0804 - C6-0506/2006 - 2006/0262(CNS)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Joop Post (A6-0161/2007)
Tkellem Joe Borg (Membru tal-Kummissjoni).
Joop Post ippreżenta r-rapport.
Tkellmu: Helga Trüpel (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Carmen Fraga Estévez f'isem il-grupp PPE-DE, Rosa Miguélez Ramos f'isem il-grupp PSE, Elspeth Attwooll f'isem il-grupp ALDE, Catherine Stihler u Joe Borg.