Ir-Rapport Gargani A6-0179/2007 dwar il-verifika tas-setgħat ta' Beniamino Donnici huwa mdaħħal fl-aġenda ta' għada l-Erbgħa 23.05.2007 fid-21.00 qabel ir-Rapport Gierek (A6-0159/2007).
Skadenza għat-tressiq ta' l-emendi: 23.05.2007 fl-10.00
Votazzjoni: 24.05.2007 .
° ° ° °
Tkellem Carlos Carnero González, li talab biex il-President tal-Parlament jingħaqad mas-Segretarju Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti biex jitolbu għat-tmiem tal-vjolenza fil-Libanu. (Il-President wieġeb li t-talba tiegħu se titressaq quddiem il-President tal-Parlament).