Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0018/2007).
Mistoqsija 1 (Rodi Kratsa-Tsagaropoulou): Kriżi politika fit-Turkija u perspettivi ta' l-adeżjoni.
Günter Gloser (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Reinhard Rack u Andreas Mölzer.
Mistoqsija 2 (Manuel Medina Ortega): Attività tal-Frontex fiz-zoni tal-fruntieri marittimi.
Günter Gloser wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manuel Medina Ortega, Simon Busuttil u Marie Anne Isler Béguin.
Mistoqsija 3 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Sigurtà versus libertà taċ-ċittadini Ewropej fl-ajruporti.
Günter Gloser wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Robert Evans, Justas Vincas Paleckis u Marie Panayotopoulos-Cassiotou.
Günter Gloser wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Bernd Posselt.
Mistoqsija 8 (Philip Bushill-Matthews): Drittijiet doganali dwar il-bozoz ta' l-elettriku.
Günter Gloser wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Philip Bushill-Matthews.
Mistoqsija 9 (Marie Anne Isler Béguin): Ftehima dwar l-iffaċilitar tar-reġim ta' viżi ta' ċittadini mill-Federazzjoni Russa.
Günter Gloser wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marie Anne Isler Béguin u Justas Vincas Paleckis.
Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)
Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kunsill intemm.