Dawn id-dokumenti kienu preżentati mill-Kunsill u mill-Kummissjoni:
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-iffissar ta' limiti ta' residwu ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġina mill-annimali, li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 2377/90 (COM(2007)0194 - C6-0113/2007 - 2007/0064(COD)) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: AGRI
- Proposta ghal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stħarriġ ta' strutturi tal-farms u stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 (COM(2007)0245 - C6-0127/2007 - 2007/0084(COD)) irreferut responsabbli: AGRI opinjoni: BUDG
- Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (COM(2007)0180 - C6-0128/2007 - 2007/0062(CNS)) irreferut responsabbli: PECH opinjoni: DEVE, BUDG
- Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent u s-superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali (06480/2007 - C6-0129/2007 - 2007/0807(CNS)) irreferut responsabbli: LIBE
- Abbozz ta' baġit emendatorju nru 2 għall-baġit 2007 - Dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u l-infiq - Taqsima III – Kummissjoni (09254/2007 - C6-0130/2007 - 2007/2069(BUD)) irreferut responsabbli: BUDG opinjoni: ITRE, REGI
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Istatuti ta' l-Aġenzija Fornitriċi Euratom (COM(2007)0119 - C6-0131/2007 - 2007/0043(CNS)) irreferut responsabbli: ITRE opinjoni: AFCO, ENVI, BUDG, CONT