Tkellmu: Bernd Posselt f'isem il-grupp PPE-DE, li kkontesta t-tressiq fil-minuti tar-raba' dibattitu dwar il-każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt, tressiq, li, skond huwa, imur kontra r-Regoli ta' Proċedura, u talab biex dan id-dibattitu jitneħħa mill-minuti (Il-President wieġbu li hu se jressaq it-talba tiegħu lill-President tal-Parlament), John Bowis, Marios Matsakis, Pervenche Berès u Michael Gahler, tkellmu dwar din it-talba (Il-President fakkar fid-dispożizzjonijiet rigward ir-Regoli ta' Proċedura u indika li l-Assemblea stabbilixxiet il-minuti tagħha t-Tnejn mingħajr ma eskludiet il-kontestazzjoni), u Bernd Posselt li rtira t-talba tiegħu (Il-President preżenta l-qari ta' l-Artikolu 170 (1) linja 2 tar-Regoli ta' Proċedura u sostna li ebda talba ta' aġġornament tad-dibattitu ma ġie preżentat fl-iskadenzi stipulati).
Erik Meijer, Pervenche Berès, Marios Matsakis u Monica Frassoni ippreżentaw il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.
Tkellmu: Karin Scheele f'isem il-grupp PSE, Gerard Batten f'isem il-grupp IND/DEM, u Dalia Grybauskaitė (Membru tal-Kummissjoni).
Il-President tkellem dwar il-kontroversja ġejja mir-reġistrazzjoni ta' dan ir-raba' dibattitu fil-minuti u ħabbar li huwa se jirreferi dwar dan lill-President tal-Parlament biex jevita li problema bħal din terġa' tfeġġ fil-futur.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 15_4 tal-Minuti ta' l-24_05.2007.