L-ordni tas-seduta ġie stabbilit (punt 13 tal- Minuti ta' 24.05.2007 ) u tqassam corrigendum għall-aġenda (PE 389.455/OJ/COR), li għaliha kienu ġew proposti l-modifikazzjonijiet imsemmija hawn taħt:
- il-kumitat DEVE adotta, skond l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura, mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li jistabbilixxu Dokumenti ta’ Strateġija Reġjonali u Programmi Indikattivi Reġjonali għall-Mercosur għall-Amerka Latina (B6-0236/2007).
Votazzjoni: 07.06.2007 .
Skadenza għat-tressiq ta' emendi: fis-06.06.2007 fl-16h00
- Minbarra dik tar-Rappreżentant Għoli għall-PESC, il-Kummissjoni ser tagħmel ukoll dikjarazzjoni dwar il-Lvant Nofsani (punt 85 ta' l-Aġenda).
L-aġenda b'hekk ġiet iffinalizzata.
° ° ° °
Tkellem Sophia in 't Veld, li talbet lill-President tal-Parlament sabiex jitlob lis-sindku ta' Moska, Youri Loujkov, u lill-President Putin biex jagħmlu kjarifika fir-rigward tal-mod kif il-pulizija ta' Moska ttrattat lill-parteċipanti waqt dimostrazzjoni paċifika favur id-drittijiet tal-persuni omosesswali fis-27 ta' Mejju 2007, b'mod speċjali lid-deputati tal-Parlament Ewropew, tal-Bundestag u tal-Parlament Taljan. (Il-President weġibha li kien ser jieħu passi dwar din it-talba).