L-awtoritajiet Irlandiżi kompetenti kienu avżaw bil-ħatra ta' Colm Burke minflok Simon Coveney bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-19.06.2007.
Bi qbil ma' l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, peress li l-kredenzjali tiegħu ma ġewx verifikati u lanqas ma ttieħdet deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni eventwali, Colm Burke ħa postu fil-Parlament u fl-organi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha tiegħu, bil-kundizzjoni li preċedentement iffirma dikjarazzjoni li hu ma jwettaq l-ebda funzjoni li hi inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.