Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE tal-Kunsill fir-rigward tat-titjib fl-effikaċja tal-proċeduri ta' reviżjoni fil-qasam ta' l-għoti ta' kuntratti pubbliċi [COM(2006)0195 - C6-0141/2006 - 2006/0066(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Jean-Claude Fruteau (A6-0172/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
Tkellem Hannes Swoboda li feraħ lir-rapporteur dwar l-elezzjoni tiegħu għall-Assemblea Nazzjonali Franċiża. (Il-President ingħaqad miegħu f'dan l-awgurju.)