Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2007-2013) [16369/2/2006 - C6-0100/2007 - 2005/0042(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Antonios Trakatellis (A6-0184/2007)
Mistoqsija orali (O-0033/2007) mressqa minn Miroslav Ouzký, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Azzjoni biex jingħeleb il-mard kardjovaskulari (B6-0134/2007)
Antonios Trakatellis ippreżenta r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.
Tkellmu: John Bowis f'isem il-Grupp PPE-DE, Linda McAvan f'isem il-Grupp PSE, Marios Matsakis f'isem il-Grupp ALDE, Adamos Adamou f'isem il-Grupp GUE/NGL, Urszula Krupa f'isem il-Grupp IND/DEM, Irena Belohorská Membru mhux affiljata, Thomas Ulmer, Glenis Willmott, Jiří Maštálka, Kathy Sinnott, Christofer Fjellner, Dorette Corbey, Miroslav Mikolášik, Justas Vincas Paleckis, Zuzana Roithová u Markos Kyprianou.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata, skond l-Artikolu 108 (5), tar-Regoli ta' Proċedura, fl-aħħar tad-dibattitu.
- Miroslav Ouzký, Georgs Andrejevs u John Bowis, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar azzjoni biex jiġi miġġieled il-mard kardjovaskulari (B6-0277/2007).