Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Ftehim dwar il-PNR ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika
Franco Frattini (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni.
Tkellmu: Carlos Coelho f'isem il-Grupp PPE-DE, Stavros Lambrinidis f'isem il-Grupp PSE, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Kathalijne Maria Buitenweg f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jeanine Hennis-Plasschaert, Sarah Ludford, Franco Frattini u Kathalijne Maria Buitenweg.
Peress li l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni kienu għadhom mhux disponibbli, se jitħabbru fil-plenarja iktar tard.