Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 10 ta' Lulju 2007 - Strasburgu

4. Dibattitu dwar każi ta' vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt (komunikazzjoni tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni ppreżentati)

Il-Membri jew il-gruppi politiċi li ġejjin talbu, skond l-Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura, li jiġi organizzat dibattitu ta' dan it-tip fuq il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:

I.   Is-sitwazzjoni umanitarja tar-refuġjati Iraqini

- Annemie Neyts-Uyttebroeck, Marco Cappato, Frédérique Ries, Marios Matsakis u Thierry Cornillet f'isem il-grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni tar-rifuġjati Iraqini u l-persuni mċaqalqa minn posthom f'arthom stess (B6-0291/2007),

- André Brie, Marco Rizzo u Tobias Pflüger f'isem il-grupp GUE/NGL, dwar is-sitwazzjoni umanitarja tar-rifuġjati Iraqini (B6-0295/2007),

- Laima Liucija Andrikienė, Charles Tannock, Bernd Posselt u Eija-Riitta Korhola f'isem il-grupp PPE-DE, dwar is-sitwazzjoni umanitarja tar-rifuġjati Iraqini (B6-0299/2007),

- Paulo Casaca, Pasqualina Napoletano, Véronique De Keyser, Elena Valenciano Martínez-Orozco u Javier Moreno Sánchez f'isem il-grupp PSE, dwar is-sitwazzjoni tar-rifuġjati Iraqini u l-persuni mċaqalqa minn posthom f'arthom stess (B6-0300/2007),

- Angelika Beer, Joost Lagendijk, Raül Romeva i Rueda u Hélène Flautre f'isem il-grupp Verts/ALE, dwar is-sitwazzjoni tar-rifuġjati Iraqini u l-persuni mċaqalqa minn posthom f'arthom stess (B6-0303/2007),

- Roberta Angelilli f'isem il-grupp UEN, dwar is-sitwazzjoni umanitarja tar-rifuġjati Iraqini (B6-0308/2007).

II.   Ksur tad-drittijiet tal-bniedem f' Transnistrija (Moldavja)

- Annemie Neyts-Uyttebroeck, Marco Cappato u Marios Matsakis f'isem il-grupp ALDE, dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tranżnistrija u l-ħtieġa ta' appoġġ mill-UE sabiex tissolva s-sitwazzjoni staġnata tal-kunflitt f'dan ir-reġjun tar-Repubblika tal-Moldavja (B6-0292/2007),

- Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Zdzisław Zbigniew Podkański, Hanna Foltyn-Kubicka, Inese Vaidere, Janusz Wojciechowski, Adam Bielan, Michał Tomasz Kamiński u Mieczysław Edmund Janowski f'isem il-grupp UEN, dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tranżnistrija (Moldavja) (B6-0293/2007),

- Helmuth Markov f'isem il-grupp GUE/NGL, dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tranżnistrija (Moldavja) (B6-0296/2007),

- Roberta Alma Anastase, Bernd Posselt, Eija-Riitta Korhola, Charles Tannock, Ovidiu Victor Ganţ, Monica Maria Iacob-Ridzi, Marian-Jean Marinescu, Maria Petre u Radu Ţîrle f'isem il-grupp PPE-DE, dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tranżnistrija u l-ħtieġa ta' appoġġ mill-UE sabiex tissolva s-sitwazzjoni staġnata tal-kunflitt f'dan ir-reġjun tar-Repubblika tal-Moldavja (B6-0298/2007),

- Marianne Mikko, Pasqualina Napoletano, Hannes Swoboda, Raimon Obiols i Germà, Dan Mihalache u Jan Marinus Wiersma f'isem il-grupp PSE, dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tranżnistrija u l-ħtieġa ta' appoġġ mill-UE sabiex tissolva s-sitwazzjoni staġnata tal-kunflitt f'dan ir-reġjun tar-Repubblika tal-Moldavja(B6-0302/2007),

- Elisabeth Schroedter f'isem il-grupp Verts/ALE, dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tranżnistrija u l-ħtieġa ta' appoġġ mill-UE sabiex tissolva s-sitwazzjoni staġnata tal-kunflitt f'dan ir-reġjun tar-Repubblika tal-Moldavja (B6-0304/2007).

III.   Drittijiet tal-bniedem fil-Vietnam

- Annemie Neyts-Uyttebroeck, Marco Cappato, Marios Matsakis, Jules Maaten u Frédérique Ries f'isem il-grupp ALDE, dwar il-Vjetnam (B6-0290/2007),

- Vittorio Agnoletto f'isem il-grupp GUE/NGL, dwar il-Vjetnam (B6-0294/2007),

- Bernd Posselt, Charles Tannock u Eija-Riitta Korhola f'isem il-grupp PPE-DE, dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam (B6-0297/2007),

- Pasqualina Napoletano u Marc Tarabella f'isem il-grupp PSE, dwar il-Vjetnam (B6-0301/2007),

- Frithjof Schmidt f'isem il-grupp Verts/ALE, dwar il-Vjetnam (B6-0305/2007),

- Gintaras Didžiokas, Hanna Foltyn-Kubicka, Michał Tomasz Kamiński, Adam Bielan u Mieczysław Edmund Janowski f'isem il-grupp UEN, dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam (B6-0306/2007).

Il-ħin għad-diskorsi jiġi allokat skond l-Artikolu 142 tar-Regoli tal-Proċedura.

Avviż legali - Politika tal-privatezza