8.10. Assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni fuq il-ħajja (setgħat ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni) ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda id-Direttiva 92/49/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [COM(2006)0924 - C6-0009/2007 - 2006/0289(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Pervenche Berès (A6-0237/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDA u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Pervenche Berès (rapporteur) għamel dikjarazzjoni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 131(4), tar-Regoli ta' Proċedura u rtira l-ewwel parti ta' l-emenda tal-kumitat kompetenti.