Ir-riżultati tal-votazzjoni (emendi, votazzjonijiet separati u maqsumin, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet' tal-Minuti.
8.1. Elezzjoni ta' Viċi-President tal-Parlament Ewropew (votazzjoni)
L-Aġenda titlob l-elezzjoni ta' Viċi-President biex jieħu l-post ta' Pierre Moscovici li sar vakanti wara r-riżenja tiegħu b'effett mis-26.06.2007.
Il-President ħabbar li kien irċieva, mill-Grupp PSE, il-kandidatura ta' Martine Roure.
Martine Roure peress li hija l-uniku kandidat, il-President ippropona lill-Assemblea biex tipproċedi b'elezzjoni bil-fomm, bi qbil ma' l-Artikolu 12(1), tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament qabell ma' din il-proposta.
L-Assemblea ħatret lil Martine Roure b'votazzjoni bil-fomm.
Il-President iddikjara lil Martine Roure Viċi-President tal-Parlament Ewropew u ferħilha għall-ħatra tagħha. Bi qbil ma' l-Artikolu 17(1), tar-Regoli ta' Proċedura, hija ħadet, fl-ordni tal-presidenza, il-post tal-Viċi-President preċedenti.
8.2. Talba għal konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni: Kontribuzzjoni ta' volontarjat għall-koeżjoni ekonomika u soċjali (Artikolu 118 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Talba għal konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni Kontribuzzjoni ta' volontarjat għall-koeżjoni ekonomika u soċjali
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
Approvazzjoni
8.3. Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni KE/Alġerija biex jittieħed kont tat-tkabbir ta'l-1 ta' Mejju 2004. *** (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' protokoll għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka [08937/2007 - COM(2006)0765 - C6-0153/2007 - 2006/0254(AVC)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski (A6-0274/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
8.4. Protokoll għall-ftehim ta' sħubija u ta' koperazzjoni KE/Moldavja biex jittieħed kont tat-tkabbir ta' l-1 ta' Jannar 2007 * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea [COM(2007)0009 - C6-0103/2007 - 2007/0003(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski (A6-0224/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
8.5. Protokoll għall-ftehim ta' sħubija u koperazzjoni KE/Ukrajna biex jittieħed kont tat-tkabbir ta' l-1 ta' Jannar 2007 * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea [COM(2007)0007 - C6-0102/2007 - 2007/0004(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski (A6-0216/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
8.6. Protokoll għall-Ftehim ta' sħubija u koperazzjoni KE/Armenja biex jittieħed kont tat-tkabbir ta' l-1 ta' Jannar 2007. * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika ta' l-Armenja min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea [COM(2007)0113 - C6-0161/2007 - 2007/0041(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski (A6-0254/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
8.7. Protokoll għall-Ftehim ta' sħubija u koperazzjoni KE/Ażerbajġan biex jittieħed kont tat-tkabbir ta' l-1 ta' Jannar 2007. * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea [COM(2007)0114 - C6-0160/2007 - 2007/0040(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski (A6-0255/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
8.8. Protokoll għall-Ftehim ta' sħubija u koperazzjoni KE/Ġeorġja biex jittieħed kont tat-tkabbir ta' l-1 ta' Jannar 2007. * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea [COM(2007)0098 - C6-0162/2007 - 2007/0046(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski (A6-0256/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
8.9. L-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995, dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika fil-qasam doganali * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995, ibbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika fil-qasam doganali [COM(2007)0211 - C6-0168/2007 - 2007/0079(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jean-Marie Cavada (A6-0265/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
8.10. Assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni fuq il-ħajja (setgħat ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni) ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda id-Direttiva 92/49/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [COM(2006)0924 - C6-0009/2007 - 2006/0289(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Pervenche Berès (A6-0237/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDA u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Pervenche Berès (rapporteur) għamel dikjarazzjoni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 131(4), tar-Regoli ta' Proċedura u rtira l-ewwel parti ta' l-emenda tal-kumitat kompetenti.
8.11. Impriżi għal investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar impriżi għal investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (UCITS) fejn tidħol l-implimentazzjoni ta' poteri mogħtija lill-Kummissjoni [COM(2006)0926 - C6-0010/2007 - 2006/0293(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Pervenche Berès (A6-0239/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)
8.12. Riassigurazzjoni (setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/68/KE dwar riassigurazzjoni, rigward is-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [COM(2006)0905 - C6-0017/2007 - 2006/0280(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Pervenche Berès (A6-0238/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Pervenche Berès (rapporteur) għamel dikjarazzjoni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 131(4), tar-Regoli ta' Proċedura u rtira l-emenda tal-kumitat kompetenti.
8.13. Klassifikazzjoni statistika ġdida ta' prodotti skond l-użu (CPA) ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistika ġdida tal-prodotti skond l-użu (CPA) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 [COM(2006)0655 - C6-0376/2006 - 2006/0218(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Guntars Krasts (A6-0242/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 12)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
8.14. Stħarriġ ta' kampjun tal-forza tax-xogħol fil-Komunità ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-qawwa tax-xogħol fil-Komunità [COM(2006)0565 - C6-0326/2006 - 2006/0180(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Jan Andersson (A6-0181/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 13)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Jan Andersson (rapporteur) għamel dikjarazzjoni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 131(4), tar-Regoli ta' Proċedura u għarraf li l-emendi 1 sa 3 tal-kumitat kompetenti kienu ġew irtirati.
8.15. Programm ta' ttikkettar dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija għal tagħmir ta' l-uffiċċju (Tfassil mill-ġdid) ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar ta’ l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju (Tfassil mill-ġdid) [COM(2006)0576 - C6-0329/2006 - 2006/0187(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Nikolaos Vakalis (A6-0234/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 14)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Nikolaos Vakalis (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skond l-Artikolu 131(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
8.16. Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti rigward kodiċi ta' kondotta tal-konferenzi marittimi (abrogazzjoni tar-regolament (KEE) nru. 954/79 tal-Kunsill) ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 954/79 dwar ir-ratifika minn Stati Membri ta', jew l-adeżjoni tagħhom mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Kodiċi ta' l-Imġiba għal-Konferenzi ta' Linji (Konferenzi Marittimi) [COM(2006)0869 - C6-0059/2007 - 2006/0308(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Corien Wortmann-Kool (A6-0258/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 15)
8.17. Miżuri ta' kontroll applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fl-Antartiku * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 601/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Marittimi Ħajjin ta' l-Antartiku u jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 3943/90, (KE) Nru 66/98 u (KE) Nru 1721/1999 [COM(2006)0867 - C6-0054/2007 - 2007/0001(CNS)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Rosa Miguélez Ramos (A6-0213/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 16)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
8.18. Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fil-Konvenzjoni tal-Europol tas-26 ta' Lulju 1995* (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995, ibbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar it-twaqqif ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol) [COM(2007)0215 - C6-0169/2007 - 2007/0076(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Genowefa Grabowska (A6-0260/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 17)
8.19. Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000 dwar Assistenza Ġudizzjarja f'Materja Kriminali * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000, imwaqqfa mill-Kunsill skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Assistenza Ġudizzjarja f'Materja Kriminali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea [COM(2007)0213 - C6-0158/2007 - 2007/0080(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Genowefa Grabowska (A6-0261/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 18)
8.20. L-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-Konvenzjoni tas-17 ta' Ġunju 1998 dwar it-Tneħħija tad-dritt tas-Sewqan * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Konvenzjoni tas-17 ta' Ġunju 1998, imfassla fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-iskwalifiki tas-sewqan [COM(2007)0214 - C6-0155/2007 - 2007/0075(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Genowefa Grabowska (A6-0269/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 19)
8.21. l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea */***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997, imfassla abbażi ta' l-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea [COM(2007)0218 - C6-0156/2007 - 2007/0072(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jörg Leichtfried (A6-0272/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 20)
8.22. Iż-żieda fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew ta' Artikolu 204a ġdid dwar ir-Rettifiki (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar iż-żieda, fir-Regolament tal-Parlament Ewropew, ta' Artikolu 204a ġdid fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew fir-rigward tar-Rettifiki [2005/2041(REG)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Richard Corbett (A6-0229/2007)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 21)
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI, EMENDA GĦAR-REGOLI TA' PROĊEDURA
Id-dispożizzjoni ġdida tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sessjoni parzjali li jmiss.
8.23. l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura (emenda ta'l-Artikolu 201 tar-Regolament PE) (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar l-emenda ta' l-Artikolu 201 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura [2006/2192(REG)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Richard Corbett (A6-0230/2007)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 22)
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI, EMENDA GĦAR-REGOLI TA' PROĊEDURA
Id-dispożizzjoni ġdida tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sessjoni parzjali li jmiss.
8.24. Konsultazzjoni dwar l-immunitajiet u l-privileġġi ta' Alessandra Mussolini (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport Konsultazzjoni dwar l-immunitajiet u l-privileġġi ta' Alessandra Mussolini [2006/2301(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Klaus-Heiner Lehne (A6-0251/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 23)
8.25. Talba għall-Ħarsien ta' l-Immunità Parlamentari ta' Ashley Mote (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport Rapport dwar it-talba għad-difiża ta'l-immunitajiet u l-privileggi ta' Ashley Mote [2007/2122(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Francesco Enrico Speroni (A6-0250/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 24)
8.26. Abbozz ta' baġit ta' emenda nru 4/2007 (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport Rapport dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda nru 4/2007 ta'l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 [10966/2007 – C6 0195/2007 – 2007/2072(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: James Elles (A6-0268/2007)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 25)
8.27. Rapport speċjali Nru 9/2006 tal-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea dwar l-infiq tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar ir-Rapport speċjali Nru 9/2006 tal-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea dwar l-infiq tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2007/2077(INI)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Alexander Stubb (A6-0215/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 26)
8.29. Il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali ('Ruma II') ***III (votazzjoni)
Rapport dwar Abbozz komuni, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali ('Ruma II') - [PE-CONS 3619/2007 - C6-0142/2007 - 2003/0168(COD)] - Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni - Rapporteur: Diana Wallis (A6-0257/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa għall-approvazzjoni)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 28)
8.30. Programm ta' azzjoni Komunitarju fil-qasam tas-Saħħa (2007-2013) ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2007-2013) [16369/2/2006 - C6-0100/2007 - 2005/0042(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Antonios Trakatellis (A6-0184/2007)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 29)
8.31. Tagħmir ta' kejl li fih il-merkurju ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar restrizzjonijiet dwar il-kummerċjaliżżazzjoni ta' ċertu tagħmir ta' kejl li fih il-merkurju [05665/1/2007 - C6-0114/2007 - 2006/0018(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: María Sornosa Martínez (A6-0218/2007)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 30)
8.32. Proċedura ta' awtorizzazzjoni uniformi għall-addittivi, l-enżimi u l-ħwawar ta' l-ikel ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni uniformi għall-addittivi, l-enżimi u l-ħwawar ta' l-ikel [COM(2006)0423 - C6-0258/2006 - 2006/0143(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Åsa Westlund (A6-0153/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 31)
- Hartmut Nassauer, qabel il-votazzjoni, dwar il-lista tal-votazzjoni tal-Grupp PPE-DE.
8.33. L-addittivi ta' l-ikel ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi ta' l-ikel [COM(2006)0428 - C6-0260/2006 - 2006/0145(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Åsa Westlund (A6-0154/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 32)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-enzimi ta' l-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva tal-Kunsill 2000/13/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE [COM(2006)0425 - C6-0257/2006 - 2006/0144(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Avril Doyle (A6-0177/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 33)
8.35. Ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet ta' taħwir ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet ta' taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/KE [COM(2006)0427 - C6-0259/2006 - 2006/0147(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Mojca Drčar Murko (A6-0185/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 34)
8.36. Approssimazzjoni tar-rati tad-dazju fuq l-alkoħol u xorb alkoħoliku * (votazzjoni finali)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/84/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku [COM(2006)0486 - C6-0319/2006 - 2006/0165(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Astrid Lulling (A6-0148/2007)
Fis-seduta tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007, il-Parlament irrifjuta l-proposta għal Direttiva (punt 54 tal- Minuti ta' 23.05.2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 35)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Tkellmu: Astrid Lulling (rapporteur), li rrakkomandat ir-rifjut ta' l-emendi tal-kumitat ikkonċernat, kif ukoll tar-rapport tagħha, u Pervenche Berès (Chairman tal-Kumitat ECON), dwar dan l-intervent.
Rifjutata
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Rifjutata
(Riżoluzzjoni leġiżlattiva kkonfermat ir-rifjut tal-proposta tal-Kumitat li tidher fit-«Testi Adottati» (P6_TA(2007)0324).)
8.37. L-identifikazzjoni, l-għażla u l-ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea * (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib tal-ħarsien tagħhom [COM(2006)0787 - C6-0053/2007 - 2006/0276(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jeanine Hennis-Plasschaert (A6-0270/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 36)
8.38. Il-prospetti tas-suq intern fil-gas u l-elettriku (votazzjoni)
Rapport dwar il-prospetti tas-suq intern fil-gas u l-elettriku [2007/2089(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Alejo Vidal-Quadras (A6-0249/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 37)
- Alejo Vidal-Quadras (rapporteur) ippreżenta emenda orali għall-emenda 2, li ġiet aċċettata.
8.39. Is-sajd industrijali u l-produzzjoni ta' żejt tal-ħuta u ta' ħut imqadded mitħun (votazzjoni)
Rapport dwar sajd industrijali u l-produzzjoni ta’ ħut imqadded mitħun u ta’ żejt tal-ħut dwar is-sajd industrijali [2004/2262(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Struan Stevenson (A6-0155/2005)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 38)
Tkellem Åsa Westlund li indikat li hija talbet, għal xejn, darbtejn , verifika elettronika matul il-votazzjoni dwar ir-rapporti tagħha (A6-0153/2007 et A6-0154/2007) (Il-President ħa nota ta' dan).