Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B6-0133/2007).
L-ewwel parti
Mistoqsija 28 (Catherine Stihler): Konsultazzjoni dwar l-informazzjoni tal-pazjenti
Günter Verheugen (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Catherine Stihler.
Mistoqsija 26 (Brian Crowley): Il-ġlieda kontra il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul fl-UE.
Vladimír Špidla (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Brian Crowley.
Mistoqsija 27 (Olle Schmidt): L-Ewropa: post ta' rifuġju għall-kittieba u l-ġurnalisti persegwitati.
Franco Frattini (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Olle Schmidt, Jörg Leichtfried u Jim Allister.
It-tieni parti
Mistoqsija 29 (Stavros Arnaoutakis): Riskju li l-istokkijiet tal-ħut fl-Eġew jiġu estinti
Joe Borg (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Stavros Arnaoutakis, Reinhard Rack u Marie Panayotopoulos-Cassiotou.
Mistoqsija 30 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Ħarsien tad-drittijiet tat-tfal fir-relazzjonijiet esterni ta' l-Unjoni Ewropea.
Benita Ferrero-Waldner (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou.
Mistoqsija 31 (Bernd Posselt): Strateġija għad-dawra tal-Baħar l-Iswed.
Benita Ferrero-Waldner wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Bernd Posselt, Reinhard Rack u Danutė Budreikaitė.
Mistoqsija 32 (Evgeni Kirilov): Is-sitwazzjoni ta' l-infermiera Bulgari u t-tobba Palestinjani fil-Libja.
Benita Ferrero-Waldner wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Evgeni Kirilov, Glyn Ford u Bogusław Sonik.
Il-mistoqsijiet 33 u 34 ser jirċievu tweġiba bil-miktub.
Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Georgios Papastamkos, Paul Rübig u Danutė Budreikaitė.
Mistoqsija 36 (Dimitrios Papadimoulis): Mmaniġġjar ta' stokkijiet ta' fjuwil fil-Greċja.
Andris Piebalgs wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Dimitrios Papadimoulis.
Mistoqsija 37 (Justas Vincas Paleckis): Pajp taż-żejt “Druzba”.
Andris Piebalgs wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Justas Vincas Paleckis u Paul Rübig.
Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)
Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kummissjoni ntemm.