Il-President għamel dikjarazzjoni dwar il-konferma ta' dakinhar mill-Qorti Suprema Libjana tal-piena kapitali mħabbra kontra l-ħames infermiera Bulgari u t-tabib Palestinjan li ilhom arrestati fil-Libja minn Frar 1999. Huwa esprima s-solidarjetà tal-Parlament Ewropew mal-priġunieri u l-familji tagħhom kif ukoll mal-vittmi ta' l-HIV/AIDS fl-isptar ta' Benghazi u sostna mill-ġdid l-oppożizzjoni tal-Parlament Ewropew għall-piena kapitali.
Huwa appella lill-awtoritajiet Libjani biex iwettqu att ta' klemenza u jeħilsu lis-sitt ikkundannati.