Fuq talba tal-gruppi politiċi, il-Parlament iddeċieda li r-Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm speċifiku “Prevenzjoni tad-Droga u l-informazzjoni dwarha” bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” [08698/4/2007 - C6-0258/2007 - 2005/0037B(COD)] - Rapporteur: Inger Segelström (A6-0308/2007) (punt 50 ta' l-abbozz definittiv ta' l-Aġenda) titressaq għal votazzjoni mingħajr dibattitu fil-ħin tal-votazzjonijiet ta' nhar il-Ħamis f'nofsinhar.
° ° ° °
Tkellem Richard Howitt li talab sabiex b'mod urġenti, il-President tal-Parlament jadotta miżuri maħsuba biex jassiguraw il-protezzjoni tad-delegazzjoni mill-Kolombja li għamlet żjara fil-Parlament Ewropew fis-27 u fit-28 ta' Ġunju 2007, u li din l-ġimgħa rċiviet theddid ta' mewt (il-President ħa nota ta' dan).