Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 25 ta' Settembru 2007 - Strasburgu

8. Korrezzjonijiet u intenzjonijiet għall-vot

Il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet għall-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct" "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata ta' l-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa ta' l-Ismijiet".

Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa ta' l-anqas ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li tgħaddi din l-iskadenza l-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

Bárbara Dührkop Dührkop iddikjarat li l-apparat tal-votazzjoni tagħha ma ħadimx waqt il-votazzjoni fuq ir-rapport Paolo Costa (A6-0306/2007).

Nils Lundgren iddikjara li l-apparat tal-votazzjoni tiegħu ma ħadimx waqt il-votazzjoni fuq ir-rapport Georg Jarzembowski (A6-0314/2007).

Mario Mauro għarraf li l-apparat tal-votazzjoni tiegħu ma ħadem fl-ebda votazzjoni.

Marie-Hélène Descamps għarrfet li l-apparat tal-votazzjoni tagħha ma ħadimx waqt il-votazzjoni fuq l-Emenda 14, l-ewwel parti, tar-rapport Britta Thomsen (A6-0287/2007).

Karl-Heinz Florenz għarraf li kien preżenti iżda ma kienx ipparteċipa fil-votazzjonijiet kollha.

Avviż legali - Politika tal-privatezza