Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 25 ta' Settembru 2007 - Strasburgu

IPPRESIEDA Diana WALLIS
Viċi-President

13. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kummissjoni)
Rapporti Verbatim

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B6-0316/2007).

L-ewwel parti

Mistoqsija 32 (Richard Corbett): Rispett għall-ispeċifiċità ta' l-isport.

Ján Figeľ (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Richard Corbett, Reinhard Rack u Manolis Mavrommatis.

Mistoqsija 33 (Chris Davies): Bijofjuwils.

Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Chris Davies, Jörg Leichtfried u Georgios Papastamkos.

Mistoqsija 34 (Brian Crowley): L-istat ta' l-avvanz tan-negozjati fi ħdan id-WTO.

Mariann Fischer Boel (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Brian Crowley, Marian Harkin u Jörg Leichtfried.

It-tieni parti

Mistoqsija 35 (Georgios Papastamkos): Negozjati agrikoli fir-Rawnd ta' Doha

Mariann Fischer Boel wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Georgios Papastamkos, Reinhard Rack u Jim Allister.

Il-mistoqsija 36 ġiet iddikjarata bħala li ma tistax tintlaqa', l-awtur tagħha m'għadux membru tal-Parlament.

Mistoqsija 37 (Ioannis Gklavakis): Reviżjoni ta' l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq fis-settur tal-vitikultura.

Mariann Fischer Boel wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Ioannis Gklavakis.

Mistoqsija 38 (Katerina Batzeli): Trasferimenti ta' għajnuna tal- CAP lil reġjuni li sofrew ħsarat min-nirien.

Mistoqsija 39 (Georgios Karatzaferis): Iffinanzjar ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi u ta' għaqdiet sabiex immedjatament il-Greċja tiġi afforestata mill-ġdid

Mariann Fischer Boel wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Stavros Arnaoutakis (sostitut ta' l-awtur).

Mistoqsija 40 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Iffinanzjar tar-riċerka

Janez Potočnik (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Justas Vincas Paleckis u Paul Rübig.

Mistoqsija 41 (Esko Seppänen): Il-Proġett ITER

Janez Potočnik wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Esko Seppänen.

Mistoqsija 42 (Carl Schlyter): Nanoteknoloġija

Janez Potočnik wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Carl Schlyter, Paul Rübig u Piia-Noora Kauppi.

Il-mistoqsijiet 43 u 44 ser jirċievu risposti bil-miktub.

Mistoqsija 45 (Sarah Ludford): Xarabank f'Londra

Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Sarah Ludford.

Mistoqsija 46 (Silvia-Adriana Ţicău): Konessjoni ta' l-ibliet ta' Bukarest, Konstanta u Sofija permezz tan-netwerk ferrovjarju Ewropew b'veloċità kbira.

Jacques Barrot wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Silvia-Adriana Ţicău.

Mistoqsija 47 (Bernd Posselt): Linji ferrovjarji b'veloċità kbira bejn Pariġi u Budapest u Strasburgu u Brussell.

Jacques Barrot wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Bernd Posselt.

Mistoqsija 48 (Dimitrios Papadimoulis): Deċiżjoni b'saħħa legali minn qorti Griega dwar il-kumpanija Olympic Airways (OA).

Jacques Barrot wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Dimitrios Papadimoulis.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kummissjoni ntemm.

Tkellem Jörg Leichtfried qam jitkellem kontra d-diffikulta li wieħed jikseb risposti orali, minflok bil-miktub, għall- mistoqsijiet imressqa (Il-President ħadet nota tal-punt u għarrfitu li l-ħin għall-mistoqsijiet kien is-suġġett ta' attenzjoni partikolari fi ħdan il-grupp ta' ħidma ta' livell għoli dwar ir-riforma ta' l-iffunzjonar tal-Parlament)

Avviż legali - Politika tal-privatezza