(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 19.35 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00 )
IPPRESIEDA Edward McMILLAN-SCOTT Viċi-President
14. Kompożizzjoni tal-Parlament
Il-President ikkomunika li Marilisa Xenogiannakopoulou, Panagiotis Beglitis, Georgios Karatzaferis, Antonis Samaras u Nikolaos Sifunakis ġew eletti deputati tal-Parlament Grieg.
Il-Parlament ħa nota u ddikjara s-siġġu tagħhom vojt b'effett mis-26.09.2007, skond l-Artikolu 7(2)ta' l-Att dwar l-elezzjoni tar-rappreżentanti fil-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett u skond l-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura.