Mistoqsija orali (O-0062/2007) mressqa minn Anna Záborská, Amalia Sartori u Marie Panayotopoulos-Cassiotou f'isem il-grupp PPE-DE, Roberta Angelilli f'isem il-grupp UEN, Zita Gurmai u Catherine Trautmann f'isem il-grupp PSE, Adamos Adamou f'isem il-grupp GUE/NGL, Hiltrud Breyer u Raül Romeva i Rueda f'isem il-grupp Verts/ALE, Elizabeth Lynne f'isem il-grupp ALDE, Kathy Sinnott f'isem il-grupp IND/DEM, lill-Kummissjoni: Strateġija Ewropea għad-drittijiet tat-tfal: kontra d-"dis"kriminazzjoni tat-tfal u l-esklużjoni tan-nies "dis" (B6-0317/2007)
Tkellmet Anna Záborská dwar il-kwistjoni tat-traduzzjoni ta' dan id-dibattitu fir-Rapport Verbatim (Il-President tiġbdilha l-attenzjoni li qed jiġi ppreparat rapport dwar il-kwistjoni).
Anna Záborská, Teresa Riera Madurell (minflok Zita Gurmai), Hiltrud Breyer, Elizabeth Lynne u Kathy Sinnott għamlu l-mistoqsija orali.
Ján Figeľ (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija orali
Tkellmu: Marie Panayotopoulos-Cassiotou f'isem il-grupp PPE-DE, Catherine Trautmann f'isem il-grupp PSE, Wiesław Stefan Kuc f'isem il-grupp UEN, Raül Romeva i Rueda f'isem il-grupp Verts/ALE, Jan Tadeusz Masiel u Ján Figeľ.