Waqt il-laqgħa tagħha ta' dalgħodu, il-Konferenza tal-Presidenti iddeċidiet li tipproponi l-bidliet li ġejjin għall-Aġenda tas-sessjonijiet ta' l-10.10.2007 u tal-11.10.2007.
L-Erbgħa 10.10.2007
- qabel id-dibattitu dwar ir-rapport ta' Alain Lamassoure u ta' Adrian Severin dwar il-modifika tad-dispożizzjonijiet tat-trattat fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (punt 58 ta' l-Abbozz ta' l-Aġenda) ser titniżżel dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-medda ta' Gaża.
Il-Ħamis 11.10.2007
- il-votazzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni mniżżla skond l-Artikolu 81 dwar l-istandards internazzjonali ta' kontabilità (B6-0157/2007 - punt 39 ta' l-Abbozz ta' l-Aġenda) tmexxiet għas-sessjoni parzjali li jmiss fi Strasburgu;
- ir-rapport ta' Helmuth Markov dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet skond l-Artikolu XXI ta' l-AGCS dwar l-aġġustamenti ta' kumpens meħtieġa wara t-tkabbir ta' l-1995 u l-2004 (INTA, A6-0340/2007) tniżżel għal waqt il-ħin tal-votazzjonijiet, bi qbil ma' l-Artikolu 43(1).