Il-President ħabbar, skond l-Artikolu 57 (1), li kien irċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjoni komuni li ġejja, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottaha, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Posizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill fl-20 ta' Settembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (09948/2/2007 - C6-0315/2007 - 2002/0222(COD)) irreferut responsabbli: IMCO
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu kellu jibda għalhekk mill-għada, 28.09.2007.