Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsumin, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
6.1. Konklużjoni tal-ftehimiet taħt l-Artikolu XXI ta'l-AGCS dwar l-aġġustamenti ta' kumpens meħtieġa wara t-tkabbir ta' l-1995 u l-2004 * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim rilevanti skond l-Artikolu XXI GATS ma' l-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju doganali separat ta' Taiwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża), il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Ħong Kong (Ċina), l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand, il-Filippini, l-Iżvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta' kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tas-Slovakkja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Iżvezja ma' l-Unjoni Ewropea [11507/2007 - COM(2007)0154 - C6-0239/2007 - 2007/0055(CNS)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Helmuth Markov (A6-0340/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
6.2. Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligazzjonijiet Kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980 * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligazzjonijiet Kuntrattwali, disponibbli għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980 [COM(2007)0217 - C6-0157/2007 - 2007/0077(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Cristian Dumitrescu (A6-0319/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
6.3. Ġbir u ġestjoni tad-dejta meħtieġa għat-twettiq tal-Politika Komuni tas-Sajd * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 li jistabbilixxi struttura Komunitarja għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta meħtieġa għat-twettiq tal-Politika Komuni tas-Sajd [COM(2007)0369 - C6-0235/2007 - 2007/0127(CNS)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Paulo Casaca (A6-0317/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
6.4. Finanzjament tal-politika agrikola komuni * (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [COM(2007)0122 - C6-0116/2007 - 2007/0045(CNS)] - Kumitatgħall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Jorgo Chatzimarkakis (A6-0321/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
6.5. Ftehima dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-KE u l-Istati Uniti * (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-konklużjoni ta' Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra [8044/3/07 – COM(2006)0169 – C6 0210/2007 – 2006/0058(CNS)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Saïd El Khadraoui (A6-0320/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
6.6. Kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (votazzjoni)
Rapport dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew [2007/2169(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Ko-Rapporteurs: Alain Lamassoure u Adrian Severin (A6-0351/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
Qabel il-votazzjoni, Adrian Severin (ko-rapporteur) iċċara ċertu termini utilizzati, speċjalment fl-emendi mressqa minn Mauro Zani; Antonio Tajaniqajjem il-kwistjoni dwar in-nullità ta' l-emenda 51 fil-każ ta' l-adozzjoni ta' l-emenda 1. (Il-Presidentirrispondih li l-kwistjoni kienet se tkun trattata waqt il-votazzjoni) u Mauro Zani, irreaġixxa għall-proposti ta' Adrian Severin.
Peress li l-votazzjoni kellha tiġi sospiża darbtejn minħabba problemi tekniċi li kien hemm fis-sistema elettronika tal-votazzjoni, Thomas Wisetalab li terġa ssir il-votazzjoni għall-emenda minħabba li skond hu, ir-riżultati kienu dubjużi. (Il-President aċċetta l-proposta immedjatament) u Véronique De Keyserissuġġeriet li tgħaddi direttament għal votazzjoni dwar ir-rapporti li warajhom ma kienet prevista l-ebda votazzjoni b'sejħa ta' l-ismijiet. (Il-Presidentweġibha li hi ma setgħatx tinterrompi l-votazzjoni f'nofsha).
Alain Lamassoure (ko-rapporteur) ippreċiża l-kontenut ta' l-emenda 1 u l-proposta tal-Kummissjoni; Antonio Tajanireġa' qajjem il-kwistjoni dwar in-nullità ta' l-emenda 51 fil-każ li l-emenda tiġi adottata. (Il-Presidentikkonfermalu din in-nullità).