Il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet għall-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct" "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata ta' l-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa ta' l-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa ta' l-anqas ġimgħatejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza l-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
° ° ° °
Elisa Ferreira għarrfet wara l-votazzjoni finali dwar ir-rapport Sahra Wagenknecht li l-apparat tagħha tal-votazzjoni ma ffunzjonax.
Othmar Karas għarraf li l-apparat tal-votazzjoni tiegħu ma ffunzjonax waqt ċerti votazzjonijiet dwar ir-rapport Karl-Heinz Florenz.
Hans-Peter Martin għarraf b'xi problemi ta' interpretazzjoni, il-votazzjonijiet kienu veloċi wisq.