(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 19.30Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00 )
IPPRESIEDA Martine ROUREViċi-President
Il-President irċieva mill-grupp PSE t-talbiet ta' ħatra li ġejjin:
Kumitat BUDG: Gary Titley minflok Neena Gill
Kumitat JURI: Neena Gill minflok Gary Titley
Kumitat LIBE: Armando França
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Istati tal-Golf, inkluż il-Jemen: John Attard-Montalto m'għadux membru titulari
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Komunità ta' l-Andes: Armando França
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peninsula Koreana: John Attard-Montalto
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu rratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni bejn issa u l-approvazzjoni ta' din l-Aġenda.