Rapport li fih proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-produzzjoni ta' l-oppju għal skopijiet mediċi fl-Afganistan [2007/2125(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Marco Cappato (A6-0341/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 14)
- José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra għarraf bi żball fil-verżjoni Spanjola tal-paragrafu 1, punt b) b'hekk il-verżjoni Ingliża hija dik awtentika (Il-President wieġeb li dan se jkun analizzat);
- Marco Cappato (rapporteur) propona emendi orali ma' l-emendi 4 u 5, li ġew aċċettati.