Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0382/2007).
Mistoqsija 1 (Manuel Medina Ortega): Il-politika dwar l-immigrazzjoni magħrufa bħala "revolving door".
Manuel Lobo Antunes (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manuel Medina Ortega, Josu Ortuondo Larrea u Emanuel Jardim Fernandes.
Mistoqsija 2 (Claude Moraes): Qsim tar-responsabilitajiet fl-oqsma ta' l-ażil u l-immigrazzjoni.
Manuel Lobo Antunes wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Claude Moraes u Simon Busuttil.
Mistoqsija 3 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Miżuri maħsuba biex jiżguraw il-manteniment tan-nisa u t-tfal ta' l-immigranti illegali.
Manuel Lobo Antunes wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou.
Mistoqsija 4 (Georgios Papastamkos): Strateġija Ewropea tas-sigurtà .
Manuel Lobo Antunes wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Georgios Papastamkos u Gay Mitchell.
Manuel Lobo Antunes wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Sarah Ludford, David Martin u Reinhard Rack.
Mistoqsija 7 (Gay Mitchell): Ċentri ta' servizzi finanzjarji mhux komunitarji.
Manuel Lobo Antunes wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Gay Mitchell u Mairead McGuinness.
Il-mistoqsijiet 22 u 26 huma meqjusa mhux ammissibbli.
Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)
Il-ħin tal-mistoqsijiet allokat għall-Kunsill intemm.