Indiċi 
Minuti
PDF 201kWORD 124k
L-Erbgħa, 28 ta' Novembru 2007 - Brussell
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
 3.Kompożizzjoni tal-Parlament
 4.Verifika tas-setgħat
 5.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 6.Testi ta' ftehim mgħoddija mill-Kunsill
 7.Azzjoni meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 8.Proklamazzjoni tal-consensus dwar l-għajnuna umanitarja (mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
 9.Sitwazzjoni fil-Ġorġja (mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
 10.Dokumenti mressqa
 11.Dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)
 12.Ordni tas-seduta
 13.Merħba uffiċjali
 14.Approvazzjoni taċ-Charter tad-drittijiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea mill-Parlament Ewropew (dibattitu)
 15.Prinċipji komuni dwar Flexicurity (dibattitu)
 16.Dibattitu dwar il-futur ta' l-Ewropa(dibattitu)
 17.Ftehimiet ta' sħubija ekonomika (dibattitu)
 18.Sigurtà ferrovjarja fil-Komunità ***I - Interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Komunitarja (riformulazzjoni) ***I - Emenda tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji ***I (dibattitu)
 19.Koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni ***II (dibattitu)
 20.Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 21.Il-kontroll ta' l-akkwist u l-pussess ta' l-armi ***I (dibattitu)
 22.Politika Ewropea ġdida għat-turiżmu : sħubija iktar b'saħħitha għat-turiżmu Ewropew (dibattitu)
 23.Għajnuna makrofinanzjarja lill-Libanu * (dibattitu)
 24.Il-kummerċ u l-bidla fil-klima (dibattitu)
 25.Referendum fil-Venezwela (dibattitu)
 26.Aġenda għas-seduta li jmiss
 27.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TA' L-ATTENDENZA


IPPRESIEDA Rodi KRATSA-TSAGAROPOULOU
Viċi-President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 15.05.


2. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel

Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.


3. Kompożizzjoni tal-Parlament

Bogdan Klich u Barbara Kudrycka inħatru bħala membri tal-gvern Pollakk b'seħħ mis-16 ta' Novembru 2007.

Il-Parlament, wara li kkunsidra l-Artikolu 3 (2), it-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, ħa nota ta' dan u, bi qbil ma' l-Artikolu 7 (1) ta' l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rapreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali u l-Artikolu 4 (1) tar-Regoli ta' Proċedura, ikkonstata li s-siġġijiet tagħhom huma vakanti b'seħħ mis-16 ta' Novembru 2007.

Gitte Seeberg u Anders Samuelsen ġew eletti bħala deputati fil-Parlament Daniż b'seħħ mis-27 ta' Novembru 2007.

Il-Parlament, wara li kkunsidra l-Artikolu 3 (2), it-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, ħa nota ta' dan u, bi qbil ma' l-Artikolu 7 (1) ta' l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rapreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali u l-Artikolu 4 (1) tar-Regoli ta' Proċedura, ikkonstata li s-siġġijiet tagħhom huma vakanti b'seħħ mis-27 ta' Novembru 2007.


4. Verifika tas-setgħat

Il-President għamlet dan l-avviż:

"L-Imħallef għall-proċeduri sommarji tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ħareġ, fil-15 ta' Novembru 2007, digriet li permezz tiegħu ddeferixxa l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007 dwar il-verifika tas-setgħat ta' Beniamino Donnici. Naturalment, għandi r-responsabilità li napplika immedjatament dik li hi deċiżjoni tal-ġustizzja.

Dan id-digriet jistabbilixxi li s-sitwazzjonijiet legali tas-Sur Beniamino Donnici u s-Sur Achille Occhetto li kienu eżistenti qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni eżaminata reġgħu ġew stabbiliti b'seħħ mill-15 ta' Novembru 2007.

B'riżultat ta' dan, bi qbil ma' din l-ordinanza u permezz ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3 (2) tar-Regoli ta' Proċedura, is-Sur Donnici jerġa' jieħu postu fil-Parlament u fl-entitajiet tiegħu bi tgawdija sħiħa tad-drittijiet tiegħu almenu sa ma tintemm il-validità ta' dan id-digriet.

Fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, jiena qabbadt lis-Servizz Legali biex tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja appell kontra d-digriet ta' l-Imħallef għall-proċeduri sommarji tal-Qorti tal-Prim'Istanza."

°
° ° °

Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jirratifika l-mandati ta' dawn il-Membri : Ewa Tomaszewska, Giovanna Corda, Lily Jacobs, Vicente Miguel Garcés Ramón, Emmanouil Angelakas, Costas Botopoulos, Georgios Georgiou, Maria Eleni Koppa, Anni Podimata, Margaritis Schinas u Armando França.


5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-gruppi PPE-DE, PSE u ALDE:

Kumitat CONT: Lutz Goepel jieħu post Ruth Hieronymi

Kumitat ITRE: Anni Podimata jieħu post Vincent Peillon

Kumitat AGRI: Vincent Peillon jieħu post Anni Podimata

Kumitat LIBE: Gérard Deprez jieħu post Antoine Duquesne

Kumitat PETI: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Belarus: Jacek Protasiewicz

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi: Gianni De Michelis

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Istati tal-Golf, inkluż il-Jemen: Gianni De Michelis

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu rratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni bejn issa u l-approvazzjoni ta' din l-Aġenda.


6. Testi ta' ftehim mgħoddija mill-Kunsill

Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-Programm tal-Komunità MEDIA 2007;

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni;

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi;

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Montenegro dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni;

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bożnja u Ħerzegovina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni;

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta' persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni;

- Protokoll għall-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istat ta' l-Iżrael, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.


7. Azzjoni meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Tqassmet il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-azzjoni meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Settembru I u II 2007.


8. Proklamazzjoni tal-consensus dwar l-għajnuna umanitarja (mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)

Id-dibattitu sar fid-data 13.11.2007 (punt 24 tal- Minuti ta' 13.11.2007).

Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skond l-Artikolu 103(2):

- Nirj Deva f'isem il-Grupp PPE-DE, Corina Creţu f'isem il-Grupp PSE, Thierry Cornillet f'isem il-Grupp ALDE, Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp UEN, Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE, Luisa Morgantini f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Jens-Peter Bonde, dwar il-proklamazzjoni ta’ Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja (B6-0484/2007).

Votazzjoni: punt 7.27 tal- Minuti ta' 29.11.2007 .


9. Sitwazzjoni fil-Ġorġja (mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)

Id-dibattitu sar fid-data 14.11.2007 (punt 10 tal- Minuti ta' 14.11.2007).

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 103 (2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Adam Bielan, Konrad Szymański, Inese Vaidere, Gintaras Didžiokas, Hanna Foltyn-Kubicka, Mirosław Mariusz Piotrowski u Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp UEN, dwar is-sitwazzjoni fil-Georgia (B6-0481/2007);

- Lydie Polfer u Annemie Neyts-Uyttebroeck f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni fil-Ġorġja (B6-0482/2007);

- Charles Tannock, Árpád Duka-Zólyomi, Elmar Brok, Karl von Wogau, Stefano Zappalà u Corien Wortmann-Kool f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar is-sitwazzjoni fil-Georgia (B6-0485/2007);

- André Brie f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-sitwazzjoni fil-Georgia (B6-0487/2007);

- Jan Marinus Wiersma, Hannes Swoboda u Alexandra Dobolyi f'isem il-Grupp PSE, dwar is-sitwazzjoni fil-Georgia (B6-0492/2007)

- Marie Anne Isler Béguin u Cem Özdemir f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-qagħda fil-Ġeorġja (B6-0493/2007).

Votazzjoni: punt 7.28 tal- Minuti ta' 29.11.2007 .


10. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti msemmija hawn taħt

1) mill-Kunsill u l-Kummissjoni

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (COM(2007)0600 - C6-0343/2007 - 2007/2226(ACI))

irreferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (13199/2007 - C6-0438/2007 - 2007/0180(AVC))

irreferut

responsabbli :

AFET

opinjoni :

INTA

2) mill-kumitati parlamentari

2.1) rapporti:

- Rapport dwar it-tiġdid tal-Politika ta' l-UE dwar it-Turiżmu: Lejn partenarjat aktar b'saħħtu għat-Turiżmu Ewropew (2006/2129(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Paolo Costa (A6-0399/2007)

- Rapport dwar il-kummerċ u l-bidla fil-klima (2007/2003(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Alain Lipietz (A6-0409/2007)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni qafas tal-Kunsill dwar l-ordni ta' sorveljanza Ewropea fil-proċeduri ta' qabel proċess legali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (COM(2006)0468 - C6-0328/2006 - 2006/0158(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Ioannis Varvitsiotis (A6-0428/2007)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu (COM(2007)0352 - C6-0247/2007 - 2007/0124(CNS)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Angelika Niebler (A6-0429/2007)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl (COM(2007)0510 - C6-0277/2007 - 2007/0187(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Arlene McCarthy (A6-0430/2007)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 84/539/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar tagħmir elettro-mediku użat fil-mediċina veterinarja (COM(2007)0465 - C6-0255/2007 - 2007/0168(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Arlene McCarthy (A6-0431/2007)

- Rapport dwar l-Avvanz fl-Agrikoltura Afrikana – Proposta għal żvilupp agrikolu u sigurtà ta' l-ikel fl-Afrika (2007/2231(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Luisa Morgantini (A6-0432/2007)

- * Rapport dwar il-ħatra ta' Hubert Weber bħala Membru tal-Qorti ta' l-Awdituri (N6-0022/2007 - C6-0310/2007 - 2007/0819(CNS)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Inés Ayala Sender (A6-0433/2007)

- * Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' Ioannis Sarmas bħala Membru tal-Qorti ta' l-Awdituri (N6-0021/2007 - C6-0309/2007 - 2007/0818(CNS)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Inés Ayala Sender (A6-0434/2007)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Harald Noack bħala Membru tal-Qorti ta' l-Awdituri (N6-0020/2007 - C6-0308/2007 - 2007/0817(CNS)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Inés Ayala Sender (A6-0435/2007)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Henri Grethen bħala Membru tal-Qorti ta' l-Awdituri (N6-0019/2007 - C6-0307/2007 - 2007/0816(CNS)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Inés Ayala Sender (A6-0436/2007)

- * Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' Maarten B. Engwirda bħala Membru tal-Qorti ta' l-Awdituri (N6-0018/2007 - C6-0306/2007 - 2007/0815(CNS)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Inés Ayala Sender (A6-0437/2007)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Michel Cretin bħala Membru tal-Qorti ta' l-Awdituri (N6-0017/2007 - C6-0305/2007 - 2007/0814(CNS)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Inés Ayala Sender (A6-0438/2007)

- * Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' David Bostock bħala Membru tal-Qorti ta' l-Awdituri (N6-0016/2007 - C6-0304/2007 - 2007/0813(CNS)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Inés Ayala Sender (A6-0439/2007)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fl-Estonja (COM(2007)0411 - C6-0230/2007 - 2007/0141(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Angelika Niebler (A6-0440/2007)

- * Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (11522/2007 - C6-0246/2007 - 2001/0270(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Martine Roure (A6-0444/2007)

- Rapport dwar l-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea (2007/2218(ACI)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Jo Leinen (A6-0445/2007)

- Rapport dwar Prinċipji Komuni ta' Flessigurtà (2007/2209(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Ole Christensen (A6-0446/2007)

- Rapport dwar it-talba għall-ħarsien ta' l-immunità u l-privileġġi ta' Renato Brunetta (2007/2172(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Aloyzas Sakalas (A6-0449/2007)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I) (COM(2005)0650 - C6-0441/2005 - 2005/0261(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Cristian Dumitrescu (A6-0450/2007)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar Protokoll li jemenda l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tat-trattament tad-domandi preliminari li jirrigwardaw l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (11824/2007 - C6-0292/2007 - 2007/0812(CNS)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Diana Wallis (A6-0451/2007)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tipprovdi għal għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu (COM(2007)0476 - C6-0290/2007 - 2007/0172(CNS)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Kader Arif (A6-0452/2007)

- * Rapport dwar l-abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (14320/2007 - C6-0411/2007 - 2007/0820(CNS)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Jo Leinen (A6-0465/2007)

2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari:

- ***II Abbozz ta' rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet stabbiliti mill-liġi, minn regolamenti jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar l-eżerċizzju ta' l-attivitajiet tax-xandir televiżivi (10076/6/2007 - C6-0352/2007 - 2005/0260(COD)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Ruth Hieronymi (A6-0442/2007)

3) mill-Membri

3.1) proposti għal rakkomandazzjonijiet (Artikolu 114 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Joseph Daul, f'isem il-grupp PPE-DE, Laima Liucija Andrikienė, f'isem il-grupp PPE-DE, Adam Bielan, f'isem il-grupp UEN, Gintaras Didžiokas, f'isem il-grupp UEN, Michael Gahler, f'isem il-grupp PPE-DE, Marian-Jean Marinescu, f'isem il-grupp PPE-DE, Cristiana Muscardini, f'isem il-grupp UEN, João de Deus Pinheiro, f'isem il-grupp PPE-DE, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, f'isem il-grupp PPE-DE, Jacek Saryusz-Wolski, f'isem il-grupp PPE-DE, Charles Tannock, f'isem il-grupp PPE-DE u Inese Vaidere, f'isem il-grupp UEN. Proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-Holodomor - karestija artifiċjali - ta' l-1932-1933 fl-Ukraina bħala Ġenoċidju kontra n-Nazzjon ta' l-Ukraina (B6-0480/2007)

irreferut

responsabbli :

AFET


11. Dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)

Il-Membri li jissemmew hawn taħt bagħtu dikjarazzjonijiet bil-miktub sabiex jiddaħħlu fir-reġistru (Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura):

- Urszula Krupa u Witold Tomczak dwar ir-rispett tad-demokrazija fl-Ewropa (0103/2007),

- Tomáš Zatloukal dwar il-Ġnien tal-Kastell (Podzámecká zahrada) u l-Ġnien tal-Pjaċir (Květná zahrada) fi Kroměříž (Ir-Repubblika Ċeka) (0104/2007),

- Andreas Mölzer dwar il-bini ta' moskej (0105/2007),

- Koenraad Dillen, Philip Claeys u Frank Vanhecke dwar l-installazzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi, fil-fruntiera mal-Belġju, ta' bastimenti u ħwienet li jbiegħu d-droga, għall-intenzjoni tal-konsumaturi Belġjani u Franċiżi tad-droga (0106/2007),

- Philip Claeys, Frank Vanhecke u Koenraad Dillen dwar it-twaqqigħ parzjali ta' monasteru Ortodoss fuq il-gżira ta' Halki mill-awtoritajiet Torok (0107/2007).


12. Ordni tas-seduta

Il-punt li jmiss kien l-ordni tas-seduta.

L-abbozz finali ta' l-aġenda għas-seduti ta' Novembru II 2007 (PE 397.687/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-modifiki msemmija hawn taħt (Artikolu 132 tar-Regoli ta' Proċedura):

Seduti ta' 28.11.2007 u 29.11.2007

Tkellem Martin Schulz f'isem il-Grupp PSE, dwar it-talba tal-grupp tiegħu li tirreferi għall-ftehimiet ta' sħubija ekonomika (ara hawn taħt, taħt «l-Erbgħa»).

Il-President ippropona l-modifiki li ġejjin:

- id-dibattitu konġunt dwar il-ferroviji Komunitarji (punti 71, 72 u 73 ta' l-Abbozz ta' l-Aġenda) se jseħħ qabel id-dibattitu dwar ir-rakkomandazzjoni għat-tieni qari Ruth Hieronymi dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet fl-Istati Membri dwar l-eżerċizzju ta' l-attivitajiet tax-xandir televiżivi (A6-0442/2007)(punt 69 ta' l-Abbozz ta' l-Aġenda);

- ir-rapport Josu Ortuondo Larrea dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Komunitarja (A6-0345/2007) (pont 72 ta' l-Abbozz ta' l-Aġenda) se jitpoġġa l-votazzjoni waqt is-sessjoni parzjali li jmiss fi Strasburgu;

- ir-rapport Jo Leinen dwar l-abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (A6-0465/2007) ġie adottat bi qbil ma' l-Artikolu 43 (1) tar-Regoli ta' Proċedura u iddaħħal fil-Ħin tal-Votazzjonijiet tal-Ħamis;

- il-votazzjoni dwar ir-rapport Johannes Blokland dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (A6-0406/2007) (punt 108 ta' l-Abbozz ta' l-Aġenda) ġiet posposta għas-sessjoni parzjali ta' Jannar;

- peress li ma tressqet l-ebda riżoluzzjoni dwar l-immaniġġjar kollettiv transkonfinanti tad-drittijiet ta' l-awtur (punt 115 ta' l-Abbozz ta' l-Aġenda) dan il-punt ġie rtirat mill-Ħin tal-Votazzjonijiet.

Il-Parlament indika l-qbil tiegħu ma' dawn il-ħames proposti.

l-Erbgħa

- talba tal-Grupp PSE biex tiġi posposta għas-sessjoni parzjali ta' Diċembru l-votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibatittu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ftehimiet ta' sħubija ekonomika (punt 122 ta' l-Abbozz ta' l-Aġenda);

Tkellmu: João de Deus Pinheiro f'isem il-Grupp PPE-DE, Helmuth Markov f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE.

Il-Parlament approva din t-talba.

L-iskadenzi għat-tressiq, b'konsegwenza ta' dan, qed jittawlu kif ġej:

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: l-Erbgħa 05.12.2007, 18.00

emendi u mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: It-Tnejn 10.12.2007, 19.00.

Il-votazzjoni se sseħħ nhar l-Erbgħa 12.12.2007, 12.00.

- talba tal-Grupp PPE-DE biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-referendum fil-Veneżwela (punt 130 ta' l-Abbozz ta' l-Aġenda) permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni

Tkellmu: Martin Schulz f'isem il-Grupp PSE, u João de Deus Pinheiro f'isem il-Grupp PPE-DE, li ġġustifika t-talba.

Il-Parlament ma laqax din it-talba.

il-Ħamis

- ma ġew proposti l-ebda modifiki oħra

Hekk ġie stabbilit l-ordni tas-seduta.


13. Merħba uffiċjali

Il-President, f'isem il-Parlament, tat merħba lil delegazzjoni tal-Parlament ta' l-Afganistan li ħadet postha fil-gallarija uffiċjali.

°
° ° °

Tkellem Gyula Hegyi, li talab li tinfetaħ inkjesta dwar il-preżenza ta' asbestos fil-bini tal-Parlament (Il-President stednitu biex jirreferi għall-avviż tas-Segretarju Ġenerali dwar dan is-suġġett).


14. Approvazzjoni taċ-Charter tad-drittijiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea mill-Parlament Ewropew (dibattitu)

Rapport dwar l-Approvazzjoni taċ-Charter tad-drittijiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea mill-Parlament Ewropew [2007/2218(ACI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Jo Leinen (A6-0445/2007)

Tkellmu: Manuel Lobo Antunes (President fil-kariga tal-Kunsill) u Margot Wallström (Viċi-President tal-Kummissjoni).

Jo Leinen ippreżenta r-rapport.

Tkellmu: Íñigo Méndez de Vigo f'isem il-Grupp PPE-DE, Richard Corbett f'isem il-Grupp PSE, Andrew Duff, f'isem il-grupp ALDE, Konrad Szymański f'isem il-Grupp UEN, Johannes Voggenhuber f'isem il-Grupp Verts/ALE, Francis Wurtz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jens-Peter Bonde f'isem il-Grupp IND/DEM, Jim Allister Membru mhux affiljat, Elmar Brok u Józef Pinior.

IPPRESIEDA Mario MAURO
Viċi-President

Tkellmu: Bronisław Geremek, Bernard Wojciechowski, Koenraad Dillen, Charlotte Cederschiöld, Libor Rouček, Irena Belohorská, Reinhard Rack u Carlos Carnero González.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.29 tal- Minuti ta' 29.11.2007 .


15. Prinċipji komuni dwar Flexicurity (dibattitu)

Rapport dwar il-Prinċipji komuni dwar Flexicurity [2007/2209(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Ole Christensen (A6-0446/2007)

Tkellmu: Manuel Lobo Antunes (President fil-kariga tal-Kunsill) u Vladimír Špidla (Membru tal-Kummissjoni).

Ole Christensen ippreżenta r-rapport.

Tkellmu: Olle Schmidt (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Giovanni Berlinguer (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Tadeusz Zwiefka (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), José Albino Silva Peneda f'isem il-Grupp PPE-DE, Stephen Hughes f'isem il-Grupp PSE, Bernard Lehideux f'isem il-Grupp ALDE, Ewa Tomaszewska f'isem il-Grupp UEN, Elisabeth Schroedter f'isem il-Grupp Verts/ALE, Roberto Musacchio f'isem il-Grupp GUE/NGL, Kartika Tamara Liotard (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM) f'isem il-Grupp GUE/NGL, Thomas Mann, Jan Andersson, Siiri Oviir, Roberta Angelilli, Donata Gottardi, Manuel Lobo Antunes u Vladimír Špidla.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.30 tal- Minuti ta' 29.11.2007 .

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 17.05
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 17.10 )


IPPRESIEDA Hans-Gert PÖTTERING
President

16. Dibattitu dwar il-futur ta' l-Ewropa(dibattitu)

Dibattitu dwar il-futur ta' l-Ewropa bil-parteċipazzjoni ta' José Luis Rodríguez Zapatero, Kap tal-Gvern Spanjol, membru tal-Kunsill Ewropew.

Il-President għamel dikjarazzjoni qasira biex jippreżenta d-dibattitu.

Tkellem José Luis Rodríguez Zapatero, Kap tal-Gvern Spanjol.

Tkellmu: Jaime Mayor Oreja f'isem il-Grupp PPE-DE, Martin Schulz f'isem il-Grupp PSE, prinċipalment biex jikkundanna l-attendenza żgħira għal dan id-dibattitu mill-membri tal-Grupp PPE-DE, Graham Watson, f'isem il-grupp ALDE, Brian Crowley f'isem il-Grupp UEN, Monica Frassoni f'isem il-Grupp Verts/ALE, Francis Wurtz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Graham Booth f'isem il-Grupp IND/DEM, Frank Vanhecke Membru mhux affiljat, José Luis Rodríguez Zapatero u Jacques Toubon.

IPPRESIEDA Luigi COCILOVO
Viċi-President

Tkellmu: Enrique Barón Crespo, Ignasi Guardans Cambó, Guntars Krasts, David Hammerstein, Willy Meyer Pleite, Irena Belohorská, Manfred Weber, Bernard Poignant u Andrew Duff.

IPPRESIEDA Marek SIWIEC
Viċi-President

Tkellmu: Mirosław Mariusz Piotrowski, Raül Romeva i Rueda, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Roger Helmer, Marianne Thyssen, Adrian Severin, Bogdan Pęk, Gerardo Galeote u José Luis Rodríguez Zapatero.

Id-dibattitu ngħalaq.


17. Ftehimiet ta' sħubija ekonomika (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Ftehimiet ta' sħubija ekonomika

Ján Figeľ (Membru tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni.

Tkellmu: Robert Sturdy f'isem il-Grupp PPE-DE, Harlem Désir f'isem il-Grupp PSE, Gianluca Susta f'isem il-Grupp ALDE, Frithjof Schmidt f'isem il-Grupp Verts/ALE, Helmuth Markov f'isem il-Grupp GUE/NGL, Maria Martens, Glenys Kinnock, Margie Sudre, Erika Mann u Ján Figeľ.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 103 (2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Glenys Kinnock, Marie-Arlette Carlotti, Alain Hutchinson, Miguel Angel Martínez Martínez, Josep Borrell Fontelles u Harlem Désir f'isem il-Grupp PSE, dwar id-Dikjarazzjoni ta' Kigali fil-kuntest ta' l-iskadenza fil-qrib tal-31 ta' Diċembru 2007 għan-negozjar ta' Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (B6-0486/2007);

- Robert Sturdy u Maria Martens f'isem il-Grupp PPE-DE, Gianluca Susta, Johan Van Hecke, Thierry Cornillet u Danutė Budreikaitė f'isem il-Grupp ALDE, Cristiana Muscardini u Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp UEN, dwar il-Ftehimiet ta' Partenarjati Ekonomiċi (B6-0488/2007);

- Helmuth Markov, Vittorio Agnoletto, Luisa Morgantini, Jens Holm, Gabriele Zimmer u Miguel Portas f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-Ftehimiet ta' Partenarjati Ekonomiċi (B6-0489/2007);

- Frithjof Schmidt, Caroline Lucas, Carl Schlyter, Alain Lipietz, Margrete Auken u Marie-Hélène Aubert f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-Ftehimiet ta' Partenarjati Ekonomiċi (B6-0491/2007).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.2 tal- Minuti ta' 12.12.2007 .


18. Sigurtà ferrovjarja fil-Komunità ***I - Interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Komunitarja (riformulazzjoni) ***I - Emenda tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà ferrovjarja fil-Komunità [COM(2006)0784 - C6-0493/2006 - 2006/0272(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Paolo Costa (A6-0346/2007)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Komunitarja (riformulazzjoni) [COM(2006)0783 - C6-0474/2006 - 2006/0273(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Josu Ortuondo Larrea (A6-0345/2007)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji [COM(2006)0785 - C6-0473/2006 - 2006/0274(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Paolo Costa (A6-0350/2007)

Tkellem Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni).

Paolo Costa ippreżenta r-rapporti tiegħu (A6-0346/2007 u A6-0350/2007).

Josu Ortuondo Larrea ippreżenta r-rapport (A6-0345/2007).

Tkellmu: Georg Jarzembowski f'isem il-Grupp PPE-DE, Inés Ayala Sender f'isem il-Grupp PSE, Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, u Bogusław Rogalski f'isem il-Grupp UEN.

IPPRESIEDA Luigi COCILOVO
Viċi-President

Tkellmu: Michael Cramer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Erik Meijer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Michael Henry Nattrass f'isem il-Grupp IND/DEM, Luca Romagnoli Membru mhux affiljat, Luis de Grandes Pascual, Leopold Józef Rutowicz, Jacky Hénin, Reinhard Rack u Jacques Barrot.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: rapporti Costa (A6-0346/2007 u A6-0350/2007): 29.11.2007, rapport Ortuondo Larrea (A6-0345/2007): sessjoni parzjali li jmiss


19. Koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni ***II (dibattitu)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-Pożizzjoni komuni tal-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni [10076/6/2007 - C6-0352/2007 - 2005/0260(COD)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Ruth Hieronymi (A6-0442/2007)

Ruth Hieronymi ippreżentat ir-rakkomandazzjoni għat-tieni qari (A6-0442/2007).

Tkellmet Viviane Reding (Membru tal-Kommissjoni).

Tkellmu: Gunnar Hökmark f'isem il-Grupp PPE-DE, Catherine Trautmann f'isem il-Grupp PSE, Ignasi Guardans Cambó f'isem il-Grupp ALDE, Zdzisław Zbigniew Podkański f'isem il-Grupp UEN, Helga Trüpel f'isem il-Grupp Verts/ALE, Doris Pack u Viviane Reding.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.11 tal- Minuti ta' 29.11.2007 .


20. Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skond l-Artikolu 144 tar-Regoli ta' Proċedura:

Vytautas Landsbergis, Lívia Járóka, Hans-Peter Martin, Monica Maria Iacob-Ridzi, Pierre Pribetich, Marian Harkin, Roberta Alma Anastase, Bogusław Rogalski, Maciej Marian Giertych u Antonio Tajani.

IPPRESIEDA Adam BIELAN
Viċi-President

Tkellmu: Kyriacos Triantaphyllides u Laima Liucija Andrikienė.

Dan il-punt ingħalaq.

Tkellem Marios Matsakis, li kkundanna l-fatt li l-ħin għad-diskorsi ta' minuta tqassar (Il-President ħa nota ta' dan).


21. Il-kontroll ta' l-akkwist u l-pussess ta' l-armi ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll ta' l-akkwist u l-pussess ta' l-armi [COM(2006)0093 - C6-0081/2006 - 2006/0031(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Gisela Kallenbach (A6-0276/2007)

Tkellem Günter Verheugen (Viċi President tal-Kummissjoni).

Gisela Kallenbach ippreżentat ir-rapport.

Tkellmu: Alexander Alvaro (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE), Guido Podestà f'isem il-Grupp PPE-DE, Lasse Lehtinen f'isem il-Grupp PSE, Samuli Pohjamo f'isem il-Grupp ALDE, Andrzej Tomasz Zapałowski f'isem il-Grupp UEN, Jens Holm f'isem il-Grupp GUE/NGL, Hélène Goudin f'isem il-Grupp IND/DEM, Andreas Mölzer Membru mhux affiljat, Andreas Schwab, Arlene McCarthy, li bħala eżempju għal dak li kienet qed tgħid uriet riproduzzjoni ta' arma tan-nar lill-Assembea, Siiri Oviir, Paul Rübig, li rrimarka li l-armi tan-nar huma projbiti fil-Parlament, Jim Allister, Michl Ebner, Véronique Mathieu, Paul Rübig, li talab jekk Arlene McCarthy ġabiet awtorizzazzjoni biex iddaħħal arma tan-nar fil-Parlament u Arlene McCarthy, li wieġbet prinċipalment għall-mistoqsija ta' Paul Rübig, u mbagħad, waqt li rreferiet għall-intervent ta' Hélène Goudin, iddefendiet il-ħidma li saret fi ħdan it-Trilogu.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.15 tal- Minuti ta' 29.11.2007 .


22. Politika Ewropea ġdida għat-turiżmu : sħubija iktar b'saħħitha għat-turiżmu Ewropew (dibattitu)

Rapport dwar il-Politika Ewropea ġdida għat-turiżmu : sħubija iktar b'saħħitha għat-turiżmu Ewropew [2006/2129(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Paolo Costa (A6-0399/2007)

Paolo Costa ippreżenta r-rapport.

Tkellem Günter Verheugen (Viċi President tal-Kummissjoni).

IPPRESIEDA Diana WALLIS
Viċi-President

Tkellmu: Stavros Arnaoutakis (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Marie-Hélène Descamps (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Luís Queiró f'isem il-Grupp PPE-DE, Emanuel Jardim Fernandes f'isem il-Grupp PSE, Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, Mieczysław Edmund Janowski f'isem il-Grupp UEN, Sepp Kusstatscher f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kyriacos Triantaphyllides f'isem il-Grupp GUE/NGL, Etelka Barsi-Pataky, Robert Evans, Alfonso Andria, Pedro Guerreiro u Bogusław Liberadzki.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.31 tal- Minuti ta' 29.11.2007 .


23. Għajnuna makrofinanzjarja lill-Libanu * (dibattitu)

Rapport dwar il-Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tipprovdi għal għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu [COM(2007)0476 - C6-0290/2007 - 2007/0172(CNS)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Kader Arif (A6-0452/2007)

Tkellem Günter Verheugen (Viċi President tal-Kummissjoni).

Kader Arif ippreżenta r-rapport.

Tkellmu: José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Esko Seppänen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Tokia Saïfi f'isem il-Grupp PPE-DE, David Martin f'isem il-Grupp PSE, u Bogusław Sonik.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.6 tal- Minuti ta' 29.11.2007 .


24. Il-kummerċ u l-bidla fil-klima (dibattitu)

Rapport dwar il-kummerċ u l-bidla fil-klima [2007/2003(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Alain Lipietz (A6-0409/2007)

Alain Lipietz ippreżenta r-rapport.

Tkellem Stavros Dimas (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Jens Holm (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), András Gyürk (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Georgios Papastamkos f'isem il-Grupp PPE-DE, David Martin f'isem il-Grupp PSE, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk f'isem il-Grupp UEN, Graham Booth f'isem il-Grupp IND/DEM, Daniel Caspary, Elisa Ferreira u Stavros Arnaoutakis.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.32 tal- Minuti ta' 29.11.2007 .


25. Referendum fil-Venezwela (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Referendum fil-Venezwela

Stavros Dimas (Membru tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni.

Tkellmu: Francisco José Millán Mon f'isem il-Grupp PPE-DE, Luis Yañez-Barnuevo García f'isem il-Grupp PSE, Marios Matsakis f'isem il-Grupp ALDE, Alain Lipietz f'isem il-Grupp Verts/ALE, u bħala iċ-Chairman tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Komunità ta' l-Andes, Willy Meyer Pleite f'isem il-Grupp GUE/NGL, José Ribeiro e Castro u Alojz Peterle.

Id-dibattitu ngħalaq.


26. Aġenda għas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta ta' l-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 397.687/OJJE).


27. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 00.05.

Harald Rømer

Gérard Onesta

Segretarju Ġenerali

Viċi-President


REĠISTRU TA' L-ATTENDENZA

Iffirmaw:

Adamou, Aita, Albertini, Allister, Alvaro, Anastase, Andersson, Andrejevs, Andria, Andrikienė, Antoniozzi, Arif, Arnaoutakis, Ashworth, Assis, Athanasiu, Atkins, Attard-Montalto, Attwooll, Aubert, Audy, Ayala Sender, Aylward, Baco, Badia i Cutchet, Baeva, Bărbuleţiu, Barón Crespo, Barsi-Pataky, Batten, Battilocchio, Bauer, Beaupuy, Beazley, Belder, Belet, Belohorská, Bennahmias, Berend, Berès, Berlato, Berlinguer, Berman, Bielan, Binev, Birutis, Blokland, Bloom, Bobošíková, Böge, Bösch, Bonde, Bono, Bonsignore, Booth, Borrell Fontelles, Botopoulos, Bourlanges, Bourzai, Bowis, Bowles, Bozkurt, Bradbourn, Braghetto, Brejc, Brepoels, Březina, Brie, Brok, Brunetta, Budreikaitė, van Buitenen, Buitenweg, Bulfon, Bullmann, Burke, Bushill-Matthews, Busk, Busuttil, Cabrnoch, Calabuig Rull, Callanan, Camre, Capoulas Santos, Cappato, Carnero González, Carollo, Casa, Casaca, Cashman, Casini, Caspary, Castex, Castiglione, del Castillo Vera, Catania, Cavada, Cederschiöld, Cercas, Chatzimarkakis, Chichester, Chmielewski, Christensen, Chruszcz, Chukolov, Ciornei, Claeys, Clark, Cocilovo, Coelho, Cohn-Bendit, Corbett, Corbey, Corda, Cornillet, Coşea, Paolo Costa, Cottigny, Cramer, Corina Creţu, Gabriela Creţu, Crowley, Marek Aleksander Czarnecki, Ryszard Czarnecki, Daul, Davies, De Blasio, de Brún, Degutis, Dehaene, De Keyser, Demetriou, De Michelis, Deprez, De Rossa, De Sarnez, Descamps, Désir, Deß, Deva, De Veyrac, De Vits, Díaz de Mera García Consuegra, Dičkutė, Didžiokas, Dillen, Dimitrakopoulos, Dobolyi, Doorn, Dover, Drčar Murko, Duchoň, Dührkop Dührkop, Duff, Duka-Zólyomi, Ebner, Ehler, El Khadraoui, Elles, Esteves, Estrela, Ettl, Jill Evans, Jonathan Evans, Robert Evans, Färm, Falbr, Farage, Fatuzzo, Fava, Fazakas, Ferber, Fernandes, Fernández Martín, Ferrari, Elisa Ferreira, Figueiredo, Flasarová, Flautre, Foglietta, Fontaine, Ford, Fourtou, Fraga Estévez, França, Frassoni, Friedrich, Gahler, Gaľa, Galeote, Ganţ, Garcés Ramón, García-Margallo y Marfil, García Pérez, Gargani, Garriga Polledo, Gaubert, Gauzès, Gawronski, Gebhardt, Gentvilas, Georgiou, Geremek, Geringer de Oedenberg, Gibault, Gierek, Giertych, Gill, Gklavakis, Glante, Glattfelder, Goebbels, Golik, Gollnisch, Gomes, Gomolka, Gottardi, Goudin, Grabowska, Grabowski, Graça Moura, Graefe zu Baringdorf, de Grandes Pascual, Grech, Griesbeck, de Groen-Kouwenhoven, Groote, Grosch, Grossetête, Gruber, Guardans Cambó, Guellec, Guerreiro, Guidoni, Gurmai, Gutiérrez-Cortines, Guy-Quint, Gyürk, Hänsch, Hall, Hammerstein, Hamon, Handzlik, Hannan, Harangozó, Harbour, Harkin, Hasse Ferreira, Hassi, Haug, Hazan, Hegyi, Hellvig, Helmer, Hénin, Hennicot-Schoepges, Herczog, Herranz García, Herrero-Tejedor, Hieronymi, Higgins, Hökmark, Holm, Honeyball, Hoppenstedt, Howitt, Hudacký, Hudghton, Hughes, Hutchinson, Hyusmenova, Iacob-Ridzi, Iotova, Isler Béguin, Itälä, Iturgaiz Angulo, Jackson, Jacobs, Jäätteenmäki, Jałowiecki, Janowski, Járóka, Jarzembowski, Jeggle, Jeleva, Jensen, Jöns, Jørgensen, Jonckheer, Jordan Cizelj, Jouye de Grandmaison, Kacin, Kaczmarek, Kallenbach, Karas, Karim, Kaufmann, Kauppi, Kazak, Tunne Kelam, Kelemen, Kilroy-Silk, Kindermann, Kinnock, Kirilov, Kirkhope, Klamt, Klaß, Klinz, Koch, Koch-Mehrin, Kohlíček, Konrad, Korhola, Koterec, Kozlík, Krahmer, Krasts, Kratsa-Tsagaropoulou, Krehl, Kreissl-Dörfler, Kristovskis, Krupa, Kuhne, Kušķis, Kusstatscher, Kuźmiuk, Lagendijk, Laignel, Lambert, Lambrinidis, Landsbergis, Lang, De Lange, Langen, Langendries, Laperrouze, La Russa, Lavarra, Lax, Le Foll, Lefrançois, Lehideux, Lehne, Lehtinen, Leichtfried, Leinen, Le Rachinel, Lewandowski, Liberadzki, Libicki, Lienemann, Liese, Liotard, Lipietz, Locatelli, Lombardo, López-Istúriz White, Losco, Louis, Lucas, Lulling, Lundgren, Lynne, Lyubcheva, Maaten, McAvan, McCarthy, McDonald, McGuinness, McMillan-Scott, Madeira, Maldeikis, Manders, Maňka, Erika Mann, Thomas Mann, Manolakou, Mantovani, Marinescu, Markov, Martens, David Martin, Hans-Peter Martin, Martinez, Martínez Martínez, Masiel, Masip Hidalgo, Mathieu, Mato Adrover, Matsakis, Matsouka, Mauro, Mavrommatis, Mayor Oreja, Medina Ortega, Meijer, Méndez de Vigo, Menéndez del Valle, Meyer Pleite, Miguélez Ramos, Mihăescu, Mihalache, Mikko, Mikolášik, Millán Mon, Mitchell, Mladenov, Mölzer, Mohácsi, Moisuc, Moraes, Moreno Sánchez, Morgan, Morgantini, Morillon, Morin, Morţun, Mulder, Musacchio, Musotto, Musumeci, Myller, Napoletano, Nassauer, Nattrass, Neris, Newton Dunn, Nicholson, Niebler, van Nistelrooij, Novak, Obiols i Germà, Olajos, Olbrycht, Ó Neachtain, Onesta, Onyszkiewicz, Ortuondo Larrea, Ouzký, Oviir, Paasilinna, Pack, Pafilis, Pahor, Panayotopoulos-Cassiotou, Pannella, Panzeri, Papadimoulis, Paparizov, Papastamkos, Parish, Paşcu, Patriciello, Peillon, Pęk, Alojz Peterle, Petre, Pflüger, Piecyk, Pīks, Pinheiro, Pinior, Piotrowski, Pirilli, Pirker, Pistelli, Pittella, Pleguezuelos Aguilar, Pleštinská, Plumb, Podestà, Podgorean, Podimata, Podkański, Pöttering, Pohjamo, Poignant, Pomés Ruiz, Popeangă, Prets, Pribetich, Vittorio Prodi, Protasiewicz, Purvis, Queiró, Rack, Radwan, Rapkay, Remek, Resetarits, Reul, Ribeiro e Castro, Ries, Riis-Jørgensen, Rivera, Rizzo, Rocard, Rogalski, Roithová, Romagnoli, Rosati, Roszkowski, Roth-Behrendt, Rouček, Roure, Rudi Ubeda, Rübig, Rühle, Rutowicz, Ryan, Sacconi, Saïfi, Sakalas, Saks, Salafranca Sánchez-Neyra, Salinas García, Sánchez Presedo, dos Santos, Sârbu, Sartori, Saryusz-Wolski, Savary, Savi, Sbarbati, Schaldemose, Schapira, Scheele, Schierhuber, Schinas, Schlyter, Frithjof Schmidt, Olle Schmidt, Schmitt, Schöpflin, Jürgen Schröder, Schroedter, Schwab, Seeber, Segelström, Seppänen, Şerbu, Severin, Siekierski, Silva Peneda, Simpson, Sinnott, Siwiec, Skinner, Škottová, Smith, Sommer, Sonik, Sornosa Martínez, Sousa Pinto, Spautz, Speroni, Staes, Stănescu, Staniszewska, Starkevičiūtė, Šťastný, Stauner, Sterckx, Stevenson, Stihler, Stockmann, Stoyanov, Strož, Stubb, Sturdy, Sudre, Sumberg, Surján, Susta, Svensson, Swoboda, Szabó, Szájer, Szejna, Szent-Iványi, Szymański, Tajani, Tannock, Thomsen, Thyssen, Ţîrle, Titford, Titley, Toma, Tomaszewska, Toubon, Toussas, Trakatellis, Trautmann, Triantaphyllides, Trüpel, Turmes, Tzampazi, Uca, Ulmer, Vakalis, Vălean, Valenciano Martínez-Orozco, Vanhecke, Van Lancker, Van Orden, Varela Suanzes-Carpegna, Varvitsiotis, Vatanen, Vaugrenard, Veneto, Ventre, Veraldi, Vergnaud, Vidal-Quadras, Vigenin, de Villiers, Virrankoski, Visser, Vlasák, Vlasto, Voggenhuber, Wagenknecht, Wallis, Walter, Watson, Henri Weber, Manfred Weber, Weiler, Weisgerber, Wieland, Wiersma, Wijkman, Willmott, Wise, Wohlin, Bernard Wojciechowski, Janusz Wojciechowski, Wortmann-Kool, Yañez-Barnuevo García, Záborská, Zahradil, Zaleski, Zani, Zapałowski, Zappalà, Zatloukal, Ždanoka, Zdravkova, Železný, Zieleniec, Zīle, Zimmer, Zingaretti, Zvěřina, Zwiefka

Avviż legali - Politika tal-privatezza