Rapport dwar proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-marketing tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (Verżjoni riformulata) [COM(2007)0031 - C6-0093/2007 - 2007/0014(CNS)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Ioannis Gklavakis (A6-0480/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Ioannis Gklavakis (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skond l-Artikolu 131(4) tar-Regoli ta' Proċedura.