Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsumin, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
3.1. Ftehim Ewro-Mediterranju KE/Marokk fil-qasam tas-servizzi bl-ajru * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, imlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra [COM(2006)0145 - C6-0333/2007 - 2006/0048(CNS)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Johannes Blokland (A6-0416/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
3.2. Modifika għall-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Marokk, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' protokoll li jemenda l-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija [COM(2007)0495 - C6-0330/2007 - 2007/0181(CNS)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Paolo Costa (A6-0458/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
3.3. Mobilizzazzjoni tal-Fondi Ewropej ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fondi Ewropej ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni [COM(2007)0600 – C6 0343/2007 – 2007/2226(ACI)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Reimer Böge (A6-0485/2007)
3.4. Mobilizzazzjoni ta' l-istrument ta' flessibiltà (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni ta' l-istrument ta' flessibiltà [COM(2007)0786 - C6-0450/2007 - 2007/2273(ACI)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Reimer Böge (A6-0499/2007)
3.5. Emenda tal-ftehima interistituzzjonali dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (qafas finanzjarju multiannwali) (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda il-ftehima interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba għal dak li għandu x'jaqsam mal-qafas finanzjarju multiannwali [COM(2007)0783 - C6-0321/2007 - 2007/2213(ACI)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Reimer Böge (A6-0500/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
3.6. Azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal regolament tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi [COM(2007)0268 - C6-0203/2007 - 2007/0095(CNS)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Bogdan Golik (A6-0461/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
3.7. Organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-qasam tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar l-Organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-qasam tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura [2007/2109(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Pedro Guerreiro (A6-0467/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Pedro Guerreiro għamel dikjarazzjoni skond l-Artikolu 131(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
3.8. Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta’ l-Avjazzjoni ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-kamp ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta’ l-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva 91/670/KEE tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE [10537/3/2007 - C6-0353/2007 - 2005/0228(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Jörg Leichtfried (A6-0482/2007)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
3.9. Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel ***I (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel [COM(2007)0368 - C6-0200/2007 - 2007/0128(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Adriana Poli Bortone (A6-0464/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Tkellem Margot Wallström (Viċi President tal-Kummissjoni) biex tagħti l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi.
3.10. Protezzjoni legali tad-disinji jew tal-mudelli ***I (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/71/KE dwar il-protezzjoni legali tad-disinni jew tal-mudelli [COM(2004)0582 - C6-0119/2004 - 2004/0203(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Klaus-Heiner Lehne (A6-0453/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)
3.11. Organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid * (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid u li jemenda ċerti Regolamenti [COM(2007)0372 - C6-0254/2007 - 2007/0138(CNS)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Giuseppe Castiglione (A6-0477/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)
3.12. Taxxi indiretti fuq il-tiġmigħ ta' kapital * (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar taxxi indiretti fuq il-tiġmigħ ta' kapital (verżjoni ta' tfassil mill-ġdid) [COM(2006)0760 - C6-0043/2007 - 2006/0253(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Werner Langen (A6-0472/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 12)
Claudio Fava f'isem il-Grupp PSE, ippreżenta l-emendi orali li ġejjin għall-emendi 3 u 33, li ġew aċċettati;
Cristiana Muscardini ikkontestat il-validità ta' l-inċiż 6 tal-premessa A u talbet li dan jiġi verifikat (Il-President weġibha li l-validità ta' l-elementi kollha tal-votazzjoni diġà kienet ġiet verifikata).