Tkellem Richard Corbett, li, irrefera għall-inċidenti li seħħew ilbieraħ fl-emiċiklu fl-okkażjoni ta' l-iffirmar taċ-Charter tad-Drittijiet Fundamentali (punt 4 tal- Minuti ta' 12.12.2007), u talab jekk il-President tal-Parlament kif ukoll il-Konferenza tal-Presidenti jipprevedux l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 147 tar-Regoli ta' Proċedura (Il-President wieġbu li kien ser isegwi din it-talba).
Tkellmu: dwar l-istess suġġett Joseph Daul, li kkundanna l-imġieba ta' ċerti membri fil-konfront ta' l-ushers, u Christopher Beazley (Il-President ħa nota tal-proposti tagħhom u assigurahom li kienu se jitqiesu).