Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 14 ta' Jannar 2008 - Strasburgu

2. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President għamel dikjarazzjoni li fiha ddeskriva l-punti importanti ta' l-attività tal-Parlament għas-sena li ġejja. Huwa reġa' saħaq fuq ir-rieda ta' l-istituzzjoni li bħala objettiv ta' prijorità tara tidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona fl-01.01.2009. Huwa fakkar b'mod partikulari fil-ftuħ tal-fruntieri fil-21.12.2007, fid-disa' membri ġodda li ssieħbu fl-Unjoni fl-01.05.2004, fl-introduzzjoni ta' l-euro f'Malta u f'Ċipru fl-01-01-2008 u fit-tnedija tas-sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali fid-09.01.2008 f' Ljubljana.

Barra minn hekk, b'referenza lura għall-inċidenti li mmarkaw iċ-ċerimonja ta' l-iffirmar tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-UE fil-Parlament fit-12.12.2007 (punt 4 tal-PV tat-12.12.2007), huwa kkundanna l-imġiba murija minn ċerti Membri f'din l-okkażżjoni u spiċċa b'dawn il-kliem: “Hawnhekk sar ksur tar-Regolament li bl-ebda mod m'hu aċċettabbli. Għalhekk jien se nieħu l-miżuri previsti mir-Regolament kontra l-Membri li, minkejja bosta sejħiet għall-ordni, komplew ifixklu l-laqgħa. L-istess se jiġri lill-Membri li ġabu ruħhom b'mod l-aktar ħażin lejn l-ushers li kienu qed jagħmlu xogħolhom”.

Avviż legali - Politika tal-privatezza