Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 15 ta' Jannar 2008 - Strasburgu

17. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kummissjoni)
Rapporti Verbatim

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet tal-Kummissjoni (B6-0001/2008).

Tkellem Avril Doyle dwar l-organizzazzjoni tal-ħin għall-mistoqsijiet.

L-ewwel parti

Mistoqsija 31 (Mairead McGuinness): Protezzjoni tal-konsumaturi kontra mediċini foloz jew ta' kwalità baxxa.

Günter Verheugen (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Mairead McGuinness, Danutė Budreikaitė u Josu Ortuondo Larrea.

Mistoqsija 32 (Chris Davies): Emissjonijiet ta' diossidu tal-karbonju.

Stavros Dimas (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Chris Davies, Paul Rübig u Karin Scheele.

Mistoqsija 33 (Claude Moraes): Protezzjoni tal-konsumaturi kontra spam, spyware u softwer malizzjuż.

Günter Verheugen wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Claude Moraes, Georgios Papastamkos u Avril Doyle.

It-tieni parti

Mistoqsija 34 (Giovanna Corda): Il-kontroll ta' prodotti ta' l-ikel perikolużi.

Meglena Kuneva (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Giovanna Corda, Reinhard Rack u Colm Burke.

Mistoqsija 35 (Manolis Mavrommatis): Għoli abbużiv tal-prezzijiet fil-ħwienet ta' l-ikel..

Meglena Kuneva wieġbet għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manolis Mavrommatis, Mairead McGuinness u Danutė Budreikaitė.

Mistoqsija 41 (Marian Harkin): Eżami mill-ġdid tas-suq wieħed.

Tkellem Bernd Posselt.

Charlie McCreevy wieġeb għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marian Harkin, Reinhard Rack u Mairead McGuinness.

Tkellem Bernd Posselt.

Mistoqsija 42 (Georgios Papastamkos): Is-swieq ta' strumenti finanzjarji.

Charlie McCreevy wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Georgios Papastamkos.

Mistoqsija 43 (Colm Burke): Pjanijiet għall-iżvilupp reġjunali Irlandiż.

Charlie McCreevy wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Colm Burke u Brian Crowley.

Mistoqsija 44 (Gay Mitchell): L-Irlanda is-settur ta' l-assigurazzjoni tal-mard.

Charlie McCreevy wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Gay Mitchell.

Mistoqsija 36 (Jim Higgins): Bejgħ ta' biljetti ta' l-ajru fuq l-Internet.

Meglena Kuneva wieġbet għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Jim Higgins u ta' Manolis Mavrommatis.

Tkellem Brian Crowley dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tal-mistoqsijiet.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kummissjoni ntemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza