Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 30 ta' Jannar 2008 - Brussell

2. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti msemmija hawn taħt

1) mill-kumitati parlamentari:

1.1) rapporti:

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni ta’ l-istatistika dwar l-akkwakoltura mill-Istati Membri (COM(2006)0864 - C6-0005/2007 - 2006/0286(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Philippe Morillon (A6-0001/2008)

- Rapport dwar il-Pjan ta' azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija: it-twettiq tal-potenzjal (2007/2106(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Fiona Hall (A6-0003/2008)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi li jikkonċernaw il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti (COM(2006)0778 - C6-0457/2006 - 2006/0258(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Bart Staes (A6-0004/2008)

- Rapport dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: Perspettivi Ġodda (2007/2187(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Umberto Guidoni (A6-0005/2008)

- Rapport dwar il-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu ta’ l-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli (2007/2188(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Claude Turmes (A6-0006/2008)

- Rapport dwar politika sabiex jitnaqqas il-qbid inċidentali mhux mixtieq u jiġi eliminat ir-rimi lura ta' ħut fis-sajd Ewropew (2007/2112(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Carl Schlyter (A6-0495/2007)

- * Rapport dwar l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija bil-għan li tadotta Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-koperazzjoni bejn l-unitajiet ta' intervent speċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (15437/2006 - C6-0058/2007 - 2007/0803(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Armando França (A6-0507/2007)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-finalizzazzjoni ta' Ftehima bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam Awdjoviżiv, li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programmi tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali (COM(2007)0477 - C6-0328/2007 - 2007/0171(CNS)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Ruth Hieronymi (A6-0512/2007)

1.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari:

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (13593/6/2007 - C6-0410/2007 - 2006/0196(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Markus Ferber (A6-0505/2007)

Avviż legali - Politika tal-privatezza