Il-President għamel dikjarazzjoni qasira li fiha feraħ bil-fatt li l-bieraħ is-Slovenja u Malta rratifikaw it-Trattat ta' Lisbona, u semma l-fatt li l-votazzjoni tal-Parlament Slovakk dwar ir-ratifika ġiet posposta għal data ulterjuri, waqt li appella għas-sens ta' responsabilità tal-mexxejja Slovakki.