Tkellem Nigel Farage, li kritika l-proċedura ta' sanzjoni mħabbra fl-14 ta' Jannar 2008(punt 2 tal- Minuti ta' 14.01.2008) u adottata, bi qbil ma' l-Artikolu 147 tar-Regoli ta' Proċedura, kontra tlettax-il Membru wara l-inċidenti li mmarkaw iċ-ċerimonja ta' l-iffirmar tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-UE fil-Parlament nhar it-12.12.2007 (punt 4 tal- Minuti ta' 12.12.2007).
° ° ° °
Albert Deß avża li ma setgħax jassisti għal din is-sessjoni parzjali, minħabba raġunijiet ta' saħħa.