Il-President informa lill-Parlament, bi qbil ma' l-Artikolu 201(3) tar-Regoli a Poċedura, dwar l-interpretazzjoni li ġejja ta' l-Artikolu 19(1) tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li ġie mistoqsi dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni:
“Is-setgħat mogħtija minn dan l-Artikolu jinkludu s-setgħa li wieħed iwaqqaf l-użu eċċessiv ta' mozzjonijiet bħal punti ta' ordni, mozzjonijiet proċedurali, spjegazzjonijiet tal-vot u talbiet għal votazzjonijiet separati, votazzjonijiet maqsuma jew votazzjonijiet b'sejħa ta' l-ismijiet meta l-President ikun konvint li dawn ikunu manifestament maħsuba biex joħolqu tħarbit imtawwal u gravi tal-proċeduri tal-Kamra jew tad-drittijiet tal-Membri l-oħra u jkunu se jirriżultaw f'dan.”
Jekk ma jkunx hemm oppożizzjoni għal din l-interpretazzjoni minn naħa ta' grupp politiku jew ta' 40 Membru mill-inqas (Artikolu 201(4) tar-Regoli ta' Proċedura) qabel l-adozzjoni tal-minuti ta' din is-seduta, titqies li ġiet adottata. Jekk ikun hemm oppożizzjoni ta' dan it-tip, hi titressaq għall-votazzjoni quddiem il-Parlament.