L-abbozz finali ta' l-aġenda għas-seduti ta' Jannar II (PE 401.014/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-modifikazzjonijiet imsemmija hawn taħt (Artikolu 132 tar-Regoli ta' Proċedura):
Seduti ta' 30.01.2008 u 31.01.2008
l-Erbgħa
- Talba tal-Grupp GUE/NGL, bi qbil mal-gruppi l-oħra, biex tiddaħħal dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni dwar is-sitwazzjoni f'Gaza (se tiddaħħal bħala t-tieni punt ta' l-aġenta wara d-dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni dwar is-sitwazzjoni fl-Iran (punt 2 ta' l-abbozz ta' aġenda)).
Il-Parlament approva din t-talba.
- Ġie mitlub ukoll biex jikkonkludi d-dibattitu dwar is-sitwazzjoni f'Gaza permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.
Tkellem Francis Wurtz f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika t-talba.
Il-Parlament approva din t-talba.
L-iskadenzi għat-tressiq huma stabbiliti kif ġej:
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: l-Erbgħa 13 ta' Frar 2008 f'12.00;
emendi u mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta: it-Tnejn 18 ta' Frar 2008 fis-19.00.
Il-votazzjoni se ssir nhar il-Ħamis 21 ta' Frar 2008.
il-Ħamis
- Peress li t-talbiet għal dibattitu dwar ir-Rapport Umberto Guidoni (A6-0005/2008) (punt 6 ta' l-abbozz ta' aġenda) ġew irtirati, ir-rapport iddaħħal, skond il-proċedura ta' l-Artikolu 131, fil-ħin għall-votazzjonijiet ta' għada.
° ° ° °
- Is-seduta ta' llum filgħaxija se tiġi sospiża fit-20.30 u mhux fit-20.00.
Hekk ġie stabbilit l-ordni tas-seduta.
° ° ° °
Tkellem Daniel Hannan dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 19(1) tar-Regoli ta' Proċedura li ta il-Kumitat AFCO (punt 12 tal- Minuti ta' 30.01.2008), u kkontesta l-legalità tagħha (Il-President wieġbu li ħa l-inizjattiva hu stess biex isaqsi lill-Kumitat AFCO dwar din il-kwistjoni, sabiex ma jkollux jiddeċiedi waħdu u biex isegwi l-aktar triq demokratika).