Indiċi 
Minuti
PDF 183kWORD 101k
L-Erbgħa, 30 ta' Jannar 2008 - Brussell
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Dokumenti mressqa
 3.Dikjarazzjonijiet bil-miktub u mistoqsijiet orali (tressiq)
 4.Testi ta' ftehim mgħoddija mill-Kunsill
 5.Azzjoni meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 6.Dikjarazzjonijiet bil-miktub skaduti
 7.Strateġija Ewropea dwar ir-Roma (mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
 8.Dikjarazzjoni tal-President
 9.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
 10.Kontestazzjoni tal-validità tal-mandat ta' Membru Parlamentari Ewropew
 11.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 12.Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura
 13.Ordni tas-seduta
 14.Is-sitwazzjoni fl-Iran (dibattitu)
 15.Merħba uffiċjali
 16.Is-sitwazzjoni fl-Iran (tkomplija tad-dibattitu)
 17.Is-Sitwazzjoni f'Gaza (dibattitu)
 18.Sistema ta' difiża kontra l-missili ta' l-Istati Uniti (dibattitu)
 19.Temma tas-suq intern tas-servizzi tal-posta tal-Komunità ***II (dibattitu)
 20.Riżultati tal-Konferenza għall-bdil fil-klima (Bali) (dibattitu)
 21.Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 22.Pjan ta' azzjoni għall-effiċenza ta' l-enerġija: Nottjenu l-potenzjal (dibattitu)
 23.Politika biex jitnaqqsu qabdiet sekondarji mhux mixtieqa u jiġi eliminat ir-rimi fis-sajd Ewropew (dibattitu)
 24.Grupp Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (dibattitu)
 25.Aġenda għas-seduta li jmiss
 26.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TA' L-ATTENDENZA


IPPRESIEDA Hans-Gert PÖTTERING
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 15.05.


2. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti msemmija hawn taħt

1) mill-kumitati parlamentari:

1.1) rapporti:

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni ta’ l-istatistika dwar l-akkwakoltura mill-Istati Membri (COM(2006)0864 - C6-0005/2007 - 2006/0286(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Philippe Morillon (A6-0001/2008)

- Rapport dwar il-Pjan ta' azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija: it-twettiq tal-potenzjal (2007/2106(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Fiona Hall (A6-0003/2008)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi li jikkonċernaw il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti (COM(2006)0778 - C6-0457/2006 - 2006/0258(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Bart Staes (A6-0004/2008)

- Rapport dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: Perspettivi Ġodda (2007/2187(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Umberto Guidoni (A6-0005/2008)

- Rapport dwar il-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu ta’ l-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli (2007/2188(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Claude Turmes (A6-0006/2008)

- Rapport dwar politika sabiex jitnaqqas il-qbid inċidentali mhux mixtieq u jiġi eliminat ir-rimi lura ta' ħut fis-sajd Ewropew (2007/2112(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Carl Schlyter (A6-0495/2007)

- * Rapport dwar l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija bil-għan li tadotta Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-koperazzjoni bejn l-unitajiet ta' intervent speċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (15437/2006 - C6-0058/2007 - 2007/0803(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Armando França (A6-0507/2007)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-finalizzazzjoni ta' Ftehima bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam Awdjoviżiv, li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programmi tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali (COM(2007)0477 - C6-0328/2007 - 2007/0171(CNS)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Ruth Hieronymi (A6-0512/2007)

1.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari:

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (13593/6/2007 - C6-0410/2007 - 2006/0196(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Markus Ferber (A6-0505/2007)


3. Dikjarazzjonijiet bil-miktub u mistoqsijiet orali (tressiq)

Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri

1) mistoqsijiet orali (Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura):

- (O-0005/2008) imressqa minn Jean-Marie Cavada, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kunsill: Dibattitu annwali 2007 dwar il-progress li sar rigward iz-zona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (FSJA) (Artikoli 2 u 39 tat-Trattat UE) (B6-0006/2008)

- (O-0006/2008), imressqa minn Jean-Marie Cavada, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Dibattitu annwali 2007 dwar il-progress li sar rigward iz-zona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (FSJA) (Artikoli 2 u 39 tat-Trattat UE) (B6-0007/2008)

- (O-0076/2007/rév.1) imressqa minn Gerardo Galeote, f'isem il-Kumitat REGI, lill-Kummissjoni: Ir-Raggruppament Ewropew ta' Koperazzjoni Territorjali (B6-0008/2008)

2) dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura) :

- Mario Borghezio, dwar il-sikurezza fuq il-posta tax-xogħol u dwar l-imġieba tat-ThyssenKrupp f'Torino (0007/2008);

- Edite Estrela, Dorette Corbey u Adamos Adamou, dwar il-mard rewmatiku (0008/2008);

- Rareş-Lucian Niculescu, Monica Maria Iacob-Ridzi, Marian Zlotea, Roberta Alma Anastase u Maria Petre, dwar ix-xandir ta' programmi tat-televixin b'kontenut vjolenti f'ħinijiet meta t-tfal ikunu qed jaraw it-televixin (0009/2008);

- Saïd El Khadraoui, Jörg Leichtfried u Hannu Takkula, dwar id-dħul b’xejn fil-mużewijiet għall-istudenti (0010/2008);

- Dariusz Maciej Grabowski, Justas Vincas Paleckis, Anna Záborská u Bronisław Geremek, dwar id-diskriminazzjoni ta' persuni li jbatu minn sklerożi multipla fl-Istati Membri l-ġodda wara t-tkabbir ta' l-2004 (0011/2008);

- Genowefa Grabowska, Justas Vincas Paleckis u Hannes Swoboda, dwar it-tnaqqis fl-ispiża sabiex iċ-ċittadini tal-Belarus jakkwistaw viża (0012/2008);

- Adriana Poli Bortone, Patrizia Toia, Stefano Zappalà u Nicola Zingaretti, dwar il-ħarsien ta' l-ispiżjara Ewropej (0013/2008).


4. Testi ta' ftehim mgħoddija mill-Kunsill

Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bożnja u Ħerzegovina dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viża;

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Albanija dwar il-facilitazzjoni tal-hrug tal-viza;

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viża;

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru.


5. Azzjoni meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Tqassmet il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-azzjoni meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament waqt is-sessjoni parzjali ta' Settembru II 2007.


6. Dikjarazzjonijiet bil-miktub skaduti

Skond l-Artikolu 116(5) tar-Regoli ta' Proċedura, id-dikjarazzjonijiet bil-miktub Nru 86, 87, 89/2007 skadew minħabba li ma kellhomx in-numru ta' firem meħtieġ.


7. Strateġija Ewropea dwar ir-Roma (mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)

Id-dibattitu sar fid-data 16.01.2008 (punt 14 tal- Minuti ta' 16.01.2008).

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 108 (5):

- Lívia Járóka f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar Strateġija Ewropea għar-Roma (B6-0050/2008);

- Viktória Mohácsi u Alfonso Andria f'isem il-Grupp ALDE, dwar Strateġija Ewropea għar-Roma (B6-0051/2008);

- Elly de Groen-Kouwenhoven, Milan Horáček, Gisela Kallenbach u Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar strateġija Ewropea dwar ir-Roma (B6-0052/2008);

- Jan Marinus Wiersma, Hannes Swoboda, Katalin Lévai, Adrian Severin u Jan Andersson f'isem il-Grupp PSE, dwar Strateġija Ewropea dwar ir-Roma (B6-0053/2008);

- Giusto Catania, Vittorio Agnoletto, Mary Lou McDonald u Dimitrios Papadimoulis f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar Strateġija Ewropea għar-Roma (B6-0055/2008);

- Roberta Angelilli, Adam Bielan u Ewa Tomaszewska f'isem il-Grupp UEN, dwar Strateġija Ewropea dwar ir-Roma (B6-0056/2008).

Votazzjoni: punt 8.12 tal- Minuti ta' 31.01.2008 .


8. Dikjarazzjoni tal-President

Il-President għamel dikjarazzjoni qasira li fiha feraħ bil-fatt li l-bieraħ is-Slovenja u Malta rratifikaw it-Trattat ta' Lisbona, u semma l-fatt li l-votazzjoni tal-Parlament Slovakk dwar ir-ratifika ġiet posposta għal data ulterjuri, waqt li appella għas-sens ta' responsabilità tal-mexxejja Slovakki.


9. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel

Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.

°
° ° °

Tkellem Nigel Farage, li kritika l-proċedura ta' sanzjoni mħabbra fl-14 ta' Jannar 2008(punt 2 tal- Minuti ta' 14.01.2008) u adottata, bi qbil ma' l-Artikolu 147 tar-Regoli ta' Proċedura, kontra tlettax-il Membru wara l-inċidenti li mmarkaw iċ-ċerimonja ta' l-iffirmar tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-UE fil-Parlament nhar it-12.12.2007 (punt 4 tal- Minuti ta' 12.12.2007).

°
° ° °

Albert Deß avża li ma setgħax jassisti għal din is-sessjoni parzjali, minħabba raġunijiet ta' saħħa.


10. Kontestazzjoni tal-validità tal-mandat ta' Membru Parlamentari Ewropew

Waqt il-laqgħa tiegħu ta' l-14 ta' Jannar 2008, il-Kumitat JURI proċeda, bi qbil ma' l-Artikolu 3(4) tar-Regoli ta' Proċedura, bl-eżami tal-kontestazzjoni tal-ħatra ta' Giulietto Chiesa bħala Membru Parlamentari Ewropew, preżentata minn Beniamino Donnici. Il-Kumitat JURI, permezz ta' votazzjoni unanima, ċaħad din il-kontestazzjoni u kkonferma l-mandat ta' Giulietto Chiesa.


11. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mill-Membri mhux affiljati t-talba għal ħatra li ġejja:

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ewropa: László Tőkés.

Il-Parlament ċaħad t-talba permezz ta' VE (66 favur, 89 kontra, 13 astensjonijiet).

(ara wkoll il-punt 6 tal- Minuti ta' 31.01.2008)


12. Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura

Il-President informa lill-Parlament, bi qbil ma' l-Artikolu 201(3) tar-Regoli a Poċedura, dwar l-interpretazzjoni li ġejja ta' l-Artikolu 19(1) tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li ġie mistoqsi dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni:

“Is-setgħat mogħtija minn dan l-Artikolu jinkludu s-setgħa li wieħed iwaqqaf l-użu eċċessiv ta' mozzjonijiet bħal punti ta' ordni, mozzjonijiet proċedurali, spjegazzjonijiet tal-vot u talbiet għal votazzjonijiet separati, votazzjonijiet maqsuma jew votazzjonijiet b'sejħa ta' l-ismijiet meta l-President ikun konvint li dawn ikunu manifestament maħsuba biex joħolqu tħarbit imtawwal u gravi tal-proċeduri tal-Kamra jew tad-drittijiet tal-Membri l-oħra u jkunu se jirriżultaw f'dan.”

Jekk ma jkunx hemm oppożizzjoni għal din l-interpretazzjoni minn naħa ta' grupp politiku jew ta' 40 Membru mill-inqas (Artikolu 201(4) tar-Regoli ta' Proċedura) qabel l-adozzjoni tal-minuti ta' din is-seduta, titqies li ġiet adottata. Jekk ikun hemm oppożizzjoni ta' dan it-tip, hi titressaq għall-votazzjoni quddiem il-Parlament.


13. Ordni tas-seduta

Il-punt li jmiss kien l-ordni tas-seduta.

L-abbozz finali ta' l-aġenda għas-seduti ta' Jannar II (PE 401.014/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-modifikazzjonijiet imsemmija hawn taħt (Artikolu 132 tar-Regoli ta' Proċedura):

Seduti ta' 30.01.2008 u 31.01.2008

l-Erbgħa

- Talba tal-Grupp GUE/NGL, bi qbil mal-gruppi l-oħra, biex tiddaħħal dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni dwar is-sitwazzjoni f'Gaza (se tiddaħħal bħala t-tieni punt ta' l-aġenta wara d-dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni dwar is-sitwazzjoni fl-Iran (punt 2 ta' l-abbozz ta' aġenda)).

Il-Parlament approva din t-talba.

- Ġie mitlub ukoll biex jikkonkludi d-dibattitu dwar is-sitwazzjoni f'Gaza permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Tkellem Francis Wurtz f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika t-talba.

Il-Parlament approva din t-talba.

L-iskadenzi għat-tressiq huma stabbiliti kif ġej:

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: l-Erbgħa 13 ta' Frar 2008 f'12.00;

emendi u mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta: it-Tnejn 18 ta' Frar 2008 fis-19.00.

Il-votazzjoni se ssir nhar il-Ħamis 21 ta' Frar 2008.

il-Ħamis

- Peress li t-talbiet għal dibattitu dwar ir-Rapport Umberto Guidoni (A6-0005/2008) (punt 6 ta' l-abbozz ta' aġenda) ġew irtirati, ir-rapport iddaħħal, skond il-proċedura ta' l-Artikolu 131, fil-ħin għall-votazzjonijiet ta' għada.

°
° ° °

- Is-seduta ta' llum filgħaxija se tiġi sospiża fit-20.30 u mhux fit-20.00.

Hekk ġie stabbilit l-ordni tas-seduta.

°
° ° °

Tkellem Daniel Hannan dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 19(1) tar-Regoli ta' Proċedura li ta il-Kumitat AFCO (punt 12 tal- Minuti ta' 30.01.2008), u kkontesta l-legalità tagħha (Il-President wieġbu li ħa l-inizjattiva hu stess biex isaqsi lill-Kumitat AFCO dwar din il-kwistjoni, sabiex ma jkollux jiddeċiedi waħdu u biex isegwi l-aktar triq demokratika).


14. Is-sitwazzjoni fl-Iran (dibattitu)

Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli għall-politika barranija u ta' sigurtà komuni, u tal-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni fl-Iran

Javier Solana (Rapreżentant Għoli għas-CFSP) u Benita Ferrero-Waldner (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu: Michael Gahler f'isem il-Grupp PPE-DE, Hannes Swoboda f'isem il-Grupp PSE, Annemie Neyts-Uyttebroeck f'isem il-Grupp ALDE, Konrad Szymański f'isem il-Grupp UEN, Angelika Beer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Tobias Pflüger f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bastiaan Belder f'isem il-Grupp IND/DEM, u Philip Claeys Membru mhux affiljat.


15. Merħba uffiċjali

Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lill-membri tad-delegazzoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej tal-Parlament Pollakk, immexxija minn Andrzej Grzyb, li ħadu posthom fil-gallarija uffiċjali.


16. Is-sitwazzjoni fl-Iran (tkomplija tad-dibattitu)

Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli għall-politika barranija u ta' sigurtà komuni, u tal-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni fl-Iran

Tkellmu: Javier Solana (Rappreżentant Għoli għas-CFSP), José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Lilli Gruber, Nicholson of Winterbourne, Romano Maria La Russa, Gerard Batten, Luca Romagnoli, Jacek Saryusz-Wolski, Libor Rouček, Struan Stevenson u Helmut Kuhne.

Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye": Miroslav Mikolášik, Ana Maria Gomes, Janusz Onyszkiewicz, Marie Anne Isler Béguin, Erik Meijer, Vytautas Landsbergis, Miloslav Ransdorf u Charles Tannock.

Tkellmu: Benita Ferrero-Waldner (Membru tal-Kummissjoni) u Javier Solana.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 103 (2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Annemie Neyts-Uyttebroeck u Marco Cappato f'isem il-Grupp ALDE, dwar L-Iran (B6-0046/2008);

- José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Michael Gahler u Struan Stevenson f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar l-Iran (B6-0047/2008);

- Pasqualina Napoletano, Christa Prets, Libor Rouček u Vicente Miguel Garcés Ramón f'isem il-Grupp PSE, dwar l-Iran (B6-0048/2008);

- Angelika Beer, Monica Frassoni, Hélène Flautre u Cem Özdemir f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar L-Iran (B6-0049/2008);

- Tobias Pflüger u Vittorio Agnoletto f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar l-Iran (B6-0054/2008);

- Romano Maria La Russa, Konrad Szymański u Adam Bielan f'isem il-Grupp UEN, dwar l-Iran (B6-0057/2008).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.8 tal- Minuti ta' 31.01.2008 .


17. Is-Sitwazzjoni f'Gaza (dibattitu)

Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli għall-politika barranija u ta' sigurtà komuni, u tal-Kummissjoni: Is-Sitwazzjoni f'Gaza

Javier Solana (Rappreżentant Għoli għas-CFSP) u Benita Ferrero-Waldner (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellem José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-Grupp PPE-DE.

IPPRESIEDA Mario MAURO
Viċi-President

Tkellmu: Véronique De Keyser f'isem il-Grupp PSE, Chris Davies f'isem il-Grupp ALDE, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Francis Wurtz f'isem il-Grupp GUE/NGL.

Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye": Charles Tannock, Ioan Mircea Paşcu, David Hammerstein, Luisa Morgantini, Reinhard Rack, Frieda Brepoels, Bairbre de Brún, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou u Kyriacos Triantaphyllides.

Tkellmu: Benita Ferrero-Waldner u Javier Solana.

Peress li l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni kienu għadhom mhux disponibbli, se jitħabbru fil-plenarja iktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: 21.02.2008 .


18. Sistema ta' difiża kontra l-missili ta' l-Istati Uniti (dibattitu)

Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Sistema ta' difiża kontra l-missili ta' l-Istati Uniti

Janez Lenarčič (President fil-kariga tal-Kunsill) u Benita Ferrero-Waldner (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu: Karl von Wogau f'isem il-Grupp PPE-DE, Jan Marinus Wiersma f'isem il-Grupp PSE, Anneli Jäätteenmäki f'isem il-Grupp ALDE, Ģirts Valdis Kristovskis f'isem il-Grupp UEN, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Vladimír Remek f'isem il-Grupp GUE/NGL.

Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye": Jana Hybášková, Libor Rouček, Janusz Onyszkiewicz, Milan Horáček, Tobias Pflüger, Jan Zahradil, Oldřich Vlasák, Miloslav Ransdorf u Urszula Gacek.

Tkellem Janez Lenarčič.

Id-dibattitu ngħalaq.


19. Temma tas-suq intern tas-servizzi tal-posta tal-Komunità ***II (dibattitu)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji [13593/6/2007 - C6-0410/2007 - 2006/0196(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Markus Ferber (A6-0505/2007)

Markus Ferber ippreżenta r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.

IPPRESIEDA Luisa MORGANTINI
Viċi-President


Tkellmu: Andrej Vizjak (President fil-kariga tal-Kunsill) u Leonard Orban (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Reinhard Rack f'isem il-Grupp PPE-DE, Brian Simpson f'isem il-Grupp PSE, Luigi Cocilovo f'isem il-Grupp ALDE, Roberts Zīle f'isem il-Grupp UEN, Eva Lichtenberger f'isem il-Grupp Verts/ALE, Erik Meijer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Michael Henry Nattrass f'isem il-Grupp IND/DEM, Etelka Barsi-Pataky, Gilles Savary, Dirk Sterckx, Seán Ó Neachtain, Pedro Guerreiro, Hélène Goudin, Corien Wortmann-Kool, Silvia-Adriana Ţicău, Dariusz Maciej Grabowski, Gabriele Zimmer, Małgorzata Handzlik, Saïd El Khadraoui, Kyriacos Triantaphyllides, Astrid Lulling, Zita Gurmai, Emanuel Jardim Fernandes u Richard Howitt.

Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye": Zita Pleštinská, Ewa Tomaszewska, Gerard Batten, Marian Harkin, Miroslav Mikolášik u Mairead McGuinness.

IPPRESIEDA Diana WALLIS
Viċi-President

Tkellmu: Andrej Vizjak, Leonard Orban u Markus Ferber

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.7 tal- Minuti ta' 31.01.2008 .


20. Riżultati tal-Konferenza għall-bdil fil-klima (Bali) (dibattitu)

Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Riżultati tal-Konferenza għall-bdil fil-klima (Bali)

Janez Podobnik (President fil-kariga tal-Kunsill) u Stavros Dimas (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu: Karl-Heinz Florenz f'isem il-Grupp PPE-DE, Guido Sacconi f'isem il-Grupp PSE, Chris Davies f'isem il-Grupp ALDE, Mirosław Mariusz Piotrowski f'isem il-Grupp UEN, Satu Hassi f'isem il-Grupp Verts/ALE, Dimitrios Papadimoulis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Johannes Blokland f'isem il-Grupp IND/DEM, Roger Helmer Membru mhux affiljat, Romana Jordan Cizelj, Elisa Ferreira, Holger Krahmer, Madeleine Jouye de Grandmaison, Irena Belohorská, Eija-Riitta Korhola, Riitta Myller u Hans-Peter Martin.

IPPRESIEDA Martine ROURE
Viċi-President

Tkellmu: Janez Podobnik, Pilar del Castillo Vera, Dorette Corbey, Bogusław Sonik, Adam Gierek, Ivo Strejček, Silvia-Adriana Ţicău u Agnes Schierhuber.

Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye": Margaritis Schinas, Genowefa Grabowska, Jerzy Buzek, Avril Doyle, Anni Podimata, Zita Pleštinská u Mairead McGuinness.

Tkellem Stavros Dimas.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skond l-Artikolu 103(2):

- Guido Sacconi, Alejo Vidal-Quadras, Lena Ek, Liam Aylward, Rebecca Harms, Roberto Musacchio u Johannes Blokland, f'isem il-Kummissjoni Kumitat Temporanju għall-Bidla fil-Klima, dwar ir-riżultat tal-Konferenza ta' Bali dwar il-Bidla fil-Klima (COP 13 u COP/MOP 3) (B6-0059/2008).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.9 tal- Minuti ta' 31.01.2008 .


(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 20.40
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00 )

IPPRESIEDA Gérard ONESTA
Viċi-President

21. Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skond l-Artikolu 144 tar-Regoli ta' Proċedura:

Iuliu Winkler, Marusya Ivanova Lyubcheva, Magor Imre Csibi, Brian Crowley, Ilda Figueiredo, Urszula Krupa, Peter Baco, Roberta Alma Anastase, Cătălin-Ioan Nechifor, Marian Harkin, Francesco Enrico Speroni, Pedro Guerreiro, Gerard Batten, László Tőkés, Colm Burke, Genowefa Grabowska, Toomas Savi, Ewa Tomaszewska, Desislav Chukolov, Jaroslav Zvěřina, Pierre Pribetich, Hans-Peter Martin, Petya Stavreva, Marianne Mikko, Marian Zlotea, Silvia-Adriana Ţicău, Oldřich Vlasák, Catherine Stihler, Csaba Sógor, Árpád Duka-Zólyomi, Zita Pleštinská, Péter Olajos, Milan Gaľa, Avril Doyle, Mairead McGuinness u Mihaela Popa.


22. Pjan ta' azzjoni għall-effiċenza ta' l-enerġija: Nottjenu l-potenzjal (dibattitu)

Rapport dwar il-pjan ta' azzjoni għall-effiċenza ta' l-enerġija: Nottjenu l-potenzjal [2007/2106(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Fiona Hall (A6-0003/2008)

Fiona Hall ippreżentat ir-rapport.

Tkellem Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni)

Tkellmu: Evangelia Tzampazi (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Avril Doyle f'isem il-Grupp PPE-DE, Adam Gierek f'isem il-Grupp PSE, Jorgo Chatzimarkakis f'isem il-Grupp ALDE, u Mieczysław Edmund Janowski f'isem il-Grupp UEN.

IPPRESIEDA Rodi KRATSA-TSAGAROPOULOU
Viċi-President

Tkellmu: Claude Turmes f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nils Lundgren f'isem il-Grupp IND/DEM, Anni Podimata, Jerzy Buzek u Vladimir Urutchev.

Tkellem skond il-proċedura "catch the eye" Lambert van Nistelrooij.

Tkellmu: Andris Piebalgs u Fiona Hall.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.10 tal- Minuti ta' 31.01.2008 .


23. Politika biex jitnaqqsu qabdiet sekondarji mhux mixtieqa u jiġi eliminat ir-rimi fis-sajd Ewropew (dibattitu)

Rapport dwar il-politika biex jitnaqqsu qabdiet sekondarji mhux mixtieqa u jiġi eliminat ir-rimi fis-sajd Ewropew [2007/2112(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Carl Schlyter (A6-0495/2007)

Carl Schlyter ippreżenta r-rapport.

Tkellem Joe Borg (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Avril Doyle f'isem il-Grupp PPE-DE, Catherine Stihler f'isem il-Grupp PSE, Elspeth Attwooll f'isem il-Grupp ALDE, Seán Ó Neachtain f'isem il-Grupp UEN, Ian Hudghton f'isem il-Grupp Verts/ALE, Thomas Wise f'isem il-Grupp IND/DEM, Jim Allister, Carmen Fraga Estévez, Stavros Arnaoutakis, Philippe Morillon, Struan Stevenson, Rosa Miguélez Ramos u Neil Parish.

Tkellmu: Joe Borg u Carl Schlyter.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.11 tal- Minuti ta' 31.01.2008 .


24. Grupp Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (dibattitu)

Mistoqsija orali (O-0076/2007/rev.1) mressqa minnGerardo Galeote, f'isem il-Kumitat REGI, lill-Kummissjoni: Ir-Raggruppament Ewropew ta' Koperazzjoni Territorjali (B6-0008/2008)

Gerardo Galeote (awtur) għamel il-mistoqsija orali.

IPPRESIEDA Adam BIELAN
Viċi-President

Danuta Hübner (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija orali

Tkellmu: Jan Olbrycht f'isem il-Grupp PPE-DE, Rosa Miguélez Ramos f'isem il-Grupp PSE, Mojca Drčar Murko f'isem il-Grupp ALDE, Lambert van Nistelrooij, Gábor Harangozó, Jean Marie Beaupuy, Rolf Berend, Stavros Arnaoutakis, Miroslav Mikolášik, Antolín Sánchez Presedo u Ivo Belet.

Tkellmet skond il-proċedura "catch the eye" Zita Pleštinská.

Tkellem Danuta Hübner.

Id-dibattitu ngħalaq.


25. Aġenda għas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta ta' l-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 401.014/OJJE).


26. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.40.

Harald Rømer

Hans-Gert Pöttering

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TA' L-ATTENDENZA

Iffirmaw:

Adamou, Agnoletto, Aita, Albertini, Allister, Anastase, Andersson, Andrejevs, Andria, Andrikienė, Angelilli, Antoniozzi, Arif, Arnaoutakis, Ashworth, Assis, Atkins, Attwooll, Aubert, Audy, Auken, Ayala Sender, Aylward, Baco, Baeva, Barón Crespo, Barsi-Pataky, Batten, Battilocchio, Batzeli, Bauer, Beaupuy, Beazley, Becsey, Beer, Belder, Belet, Belohorská, Bennahmias, Beňová, Berend, Berlinguer, Berman, Bielan, Binev, Birutis, Blokland, Bloom, Bobošíková, Böge, Bösch, Bonde, Bono, Borghezio, Borrell Fontelles, Boştinaru, Botopoulos, Bourzai, Bowis, Bowles, Bozkurt, Bradbourn, Braghetto, Brejc, Brepoels, Březina, Brie, Brok, Budreikaitė, Buitenweg, Bulfon, Bullmann, Bulzesc, Burke, Bushill-Matthews, Busk, Buşoi, Buzek, Cabrnoch, Calabuig Rull, Callanan, Camre, Capoulas Santos, Cappato, Carlshamre, Carnero González, Carollo, Casaca, Cashman, Caspary, Castex, del Castillo Vera, Catania, Chatzimarkakis, Chichester, Chiesa, Chmielewski, Chukolov, Claeys, Clark, Coelho, Cohn-Bendit, Corbett, Corbey, Corda, Paolo Costa, Cottigny, Cramer, Gabriela Creţu, Crowley, Csibi, Dăianu, Daul, David, Davies, De Blasio, de Brún, Degutis, De Keyser, Demetriou, De Michelis, Deprez, De Sarnez, Descamps, Désir, Deva, De Veyrac, Díaz de Mera García Consuegra, Dičkutė, Didžiokas, Dillen, Dobolyi, Dombrovskis, Donnici, Doorn, Douay, Dover, Doyle, Drčar Murko, Duchoň, Dührkop Dührkop, Duff, Duka-Zólyomi, Dumitriu, Ebner, Ehler, Ek, El Khadraoui, Elles, Esteves, Estrela, Ettl, Jill Evans, Jonathan Evans, Robert Evans, Färm, Fajmon, Falbr, Farage, Fava, Ferber, Fernandes, Fernández Martín, Ferrari, Anne Ferreira, Elisa Ferreira, Figueiredo, Filip, Flasarová, Flautre, Florenz, Foglietta, Foltyn-Kubicka, Fontaine, Ford, Fourtou, Fraga Estévez, França, Freitas, Friedrich, Frunzăverde, Gacek, Gahler, Gál, Gaľa, Galeote, Garcés Ramón, García Pérez, Gargani, Garriga Polledo, Gaubert, Gauzès, Gawronski, Gebhardt, Gentvilas, Geremek, Geringer de Oedenberg, Gierek, Giertych, Gill, Gklavakis, Glattfelder, Goebbels, Goepel, Gollnisch, Gomes, Gomolka, Gottardi, Goudin, Grabowska, Grabowski, Graça Moura, Gräßle, de Grandes Pascual, Grech, Griesbeck, de Groen-Kouwenhoven, Groote, Grosch, Grossetête, Gruber, Guardans Cambó, Guellec, Guerreiro, Guidoni, Gurmai, Gutiérrez-Cortines, Guy-Quint, Gyürk, Hänsch, Hall, Handzlik, Hannan, Harangozó, Harbour, Harkin, Hasse Ferreira, Hassi, Haug, Hazan, Heaton-Harris, Hedh, Hegyi, Helmer, Hénin, Hennicot-Schoepges, Hennis-Plasschaert, Herczog, Herranz García, Higgins, Holm, Hołowczyc, Honeyball, Hoppenstedt, Howitt, Hudacký, Hudghton, Hughes, Hutchinson, Hyusmenova, Iacob-Ridzi, Ibrisagic, Iotova, Irujo Amezaga, Isler Béguin, Itälä, Jackson, Jacobs, Jäätteenmäki, Jałowiecki, Janowski, Jarzembowski, Jeggle, Jeleva, Jöns, Jonckheer, Jordan Cizelj, Jouye de Grandmaison, Kacin, Kaczmarek, Kallenbach, Kamall, Karas, Kaufmann, Kauppi, Kazak, Tunne Kelam, Kilroy-Silk, Kindermann, Kinnock, Kirilov, Klamt, Klaß, Klinz, Koch, Kohlíček, Konrad, Koppa, Korhola, Kósáné Kovács, Koterec, Kozlík, Krahmer, Krasts, Kratsa-Tsagaropoulou, Krehl, Kreissl-Dörfler, Kristovskis, Krupa, Kuc, Kuhne, Kułakowski, Kušķis, Kusstatscher, Kuźmiuk, Lagendijk, Laignel, Lambert, Lambrinidis, Lambsdorff, Landsbergis, Lang, Laperrouze, La Russa, Lauk, Lavarra, Lax, Lebech, Lechner, Le Foll, Lefrançois, Lehideux, Lehne, Lehtinen, Leichtfried, Leinen, Jean-Marie Le Pen, Le Rachinel, Lévai, Lewandowski, Liberadzki, Libicki, Lichtenberger, Lienemann, Liotard, Losco, Louis, Lucas, Ludford, Lulling, Lundgren, Lynne, Lyubcheva, Maaten, McAvan, McCarthy, McDonald, McGuinness, McMillan-Scott, Madeira, Maldeikis, Manders, Mănescu, Maňka, Thomas Mann, Manolakou, Mantovani, Marinescu, Markov, Marques, Martens, David Martin, Hans-Peter Martin, Martinez, Masiel, Masip Hidalgo, Maštálka, Mathieu, Mato Adrover, Matsakis, Mauro, Mavrommatis, Medina Ortega, Meijer, Méndez de Vigo, Menéndez del Valle, Meyer Pleite, Miguélez Ramos, Mikko, Mikolášik, Millán Mon, Mladenov, Mölzer, Moraes, Moreno Sánchez, Morgan, Morgantini, Morillon, Morin, Mote, Mulder, Musacchio, Muscardini, Muscat, Musotto, Musumeci, Myller, Napoletano, Nattrass, Nechifor, Neris, Newton Dunn, Neyts-Uyttebroeck, Nicholson, Nicholson of Winterbourne, Niculescu, Niebler, van Nistelrooij, Novak, Obiols i Germà, Öger, Özdemir, Olajos, Olbrycht, Ó Neachtain, Onesta, Onyszkiewicz, Oomen-Ruijten, Oprea, Ortuondo Larrea, Őry, Oviir, Paasilinna, Pack, Pafilis, Pahor, Paleckis, Panayotopoulos-Cassiotou, Panayotov, Pannella, Papadimoulis, Paparizov, Papastamkos, Parish, Paşcu, Patriciello, Pęk, Alojz Peterle, Petre, Pflüger, Piecyk, Pieper, Pīks, Pinheiro, Pinior, Piotrowski, Pirker, Piskorski, Pistelli, Pittella, Pleguezuelos Aguilar, Pleštinská, Plumb, Podestà, Podimata, Podkański, Pöttering, Pohjamo, Poignant, Polfer, Mihaela Popa, Nicolae Vlad Popa, Portas, Prets, Pribetich, Vittorio Prodi, Protasiewicz, Purvis, Queiró, Quisthoudt-Rowohl, Rack, Radwan, Raeva, Ransdorf, Rapkay, Remek, Resetarits, Reul, Ribeiro e Castro, Ries, Riis-Jørgensen, Rivera, Rocard, Rogalski, Romagnoli, Romeva i Rueda, Roszkowski, Rothe, Rouček, Roure, Rovsing, Rudi Ubeda, Rübig, Rühle, Rutowicz, Ryan, Sacconi, Saïfi, Sakalas, Salafranca Sánchez-Neyra, Salinas García, Sánchez Presedo, dos Santos, Sârbu, Sartori, Saryusz-Wolski, Savary, Savi, Schaldemose, Schapira, Scheele, Schierhuber, Schinas, Schlyter, Frithjof Schmidt, Olle Schmidt, Schmitt, Schnellhardt, Schöpflin, Schroedter, Schulz, Schuth, Schwab, Seeber, Segelström, Seppänen, Severin, Siekierski, Silva Peneda, Simpson, Sinnott, Siwiec, Skinner, Škottová, Smith, Sógor, Sommer, Søndergaard, Sonik, Sornosa Martínez, Sousa Pinto, Speroni, Staes, Staniszewska, Starkevičiūtė, Šťastný, Stauner, Stavreva, Sterckx, Stevenson, Stihler, Stolojan, Strejček, Strož, Stubb, Sudre, Sumberg, Surján, Susta, Svensson, Swoboda, Szájer, Szent-Iványi, Szymański, Tabajdi, Tajani, Takkula, Tannock, Tarand, Tatarella, Thyssen, Titford, Titley, Tőkés, Tomaszewska, Tomczak, Toubon, Toussas, Trakatellis, Trautmann, Triantaphyllides, Trüpel, Turmes, Tzampazi, Uca, Urutchev, Vakalis, Vălean, Valenciano Martínez-Orozco, Vanhecke, Van Hecke, Van Lancker, Van Orden, Varela Suanzes-Carpegna, Varvitsiotis, Vaugrenard, Veneto, Ventre, Vergnaud, Vidal-Quadras, Vigenin, Virrankoski, Visser, Vlasák, Vlasto, Voggenhuber, Wagenknecht, Wallis, Walter, Watson, Henri Weber, Renate Weber, Wieland, Wiersma, Willmott, Iuliu Winkler, Wise, von Wogau, Wohlin, Bernard Wojciechowski, Janusz Wojciechowski, Wortmann-Kool, Wurtz, Yañez-Barnuevo García, Záborská, Zahradil, Zaleski, Zani, Zapałowski, Zappalà, Zatloukal, Ždanoka, Zdravkova, Železný, Zieleniec, Zīle, Zimmer, Zingaretti, Zlotea, Zvěřina, Zwiefka

Avviż legali - Politika tal-privatezza