Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 31 ta' Jannar 2008 - Brussell

3. Avviż tal-pożizzjonijiet komuni tal-Kunsill

Il-President avża, skond l-Artikolu 57(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva l-pożizzjonijiet komuni li ġejjin mill-Kunsill flimkien mar-raġunijiet li wasslu sabiex jiġu adottati, u l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:

- Pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fl-20 ta' Diċembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni ta’ l-esportazzjonijiet u l-ħażna sigura tal-merkurju metalliku (11488/1/2007 - C6-0034/2008 - 2006/0206(COD))
irreferut responsabbli: ENVI

- Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill fil-21 ta' Jannar 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (15647/1/2007 - C6-0035/2008 - 2006/0197(COD))
irreferut responsabbli: ITRE

Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu kellu jibda għalhekk mill-għada, 01.02.2008.

Avviż legali - Politika tal-privatezza