8.2. Reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni ta' l-Unjoni ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tintroduċi reġim semplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, mir-Repubblika Ċeka, minn Ċipru, mil-Latvja, mill-Ungerija, minn Malta, mill-Polonja, mir-Rumanija, mis-Slovenja u mis-Slovakkja ta’ ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-finijiet ta’ tranżitu mit-territorji tagħhom [COM(2007)0508 - C6-0279/2007 - 2007/0185(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Michael Cashman (A6-0511/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA