Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, u skond l-Artikolu 68 tar-Regoli tal-Proċedura, nhar it-Tlieta huwa ser jipproċedi bl-iffirmar ta' l-atti li ġejjin u li ġew adottati b'kodeċiżjoni:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (03697/2007/LEX - C6-0072/2008 - 2005/0228(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (03605/2008/LEX - C6-0071/2008 - 2006/0196(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet ta' l-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (03665/2007/LEX - C6-0070/2008 - 2005/0032(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (03645/2007/LEX - C6-0069/2008 - 2007/0038(COD))