23. Għajnuna reċiproka u koperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-applikazzjoni tar-regolamenti doganali u agrikoli ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tal-Kunsill dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli [COM(2006)0866 – C6-0033/2007 – 2006/0290(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Bill Newton Dunn (A6-0488/2007)
Tkellem Siim Kallas (Viċi President tal-Kummissjoni).
Bill Newton Dunn ippreżenta r-rapport.
Tkellmu: Véronique Mathieu (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT), Christopher Heaton-Harris f'isem il-Grupp PPE-DE, u Catherine Neris f'isem il-Grupp PSE.
Tkellmet skond il-proċedura "catch the eye" Mairead McGuinness.