Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B6-0010/2008).
L-ewwel parti
Mistoqsija 39 (Anne E. Jensen): Evalwazzjoni tan-navigabilità mill-EASA.
Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Anne E. Jensen u Jörg Leichtfried.
Mistoqsija 40 (Jörg Leichtfried): Trasparenza fit-trattament tad-diriġenti ta' intrapriżi
Charlie McCreevy (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Jörg Leichtfried.
Mistoqsija 41 (Cristina Gutiérrez-Cortines): Kostruzzjoni taħt l-art ta' linji għall-ferrovija ta' veloċitá għolja fl-inħawi tal-Katidral tas-Sagrada Familia (BArċellona)
Stavros Dimas (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari Cristina Gutiérrez-Cortines, u Maria Badia i Cutchet.
It-tieni parti
Mistoqsija 42 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Inklużjoni tal-Grieg antik u l-Latin fl-indikatur Ewropew ta' kompetenzi lingwistiċi
Leonard Orban (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Manolis Mavrommatis u Bernd Posselt.
Mistoqsija 43 (Bernd Posselt): Promozzjoni ta' minoritajiet lingwistiċi
Leonard Orban wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Bernd Posselt.
Mistoqsija 44 (Seán Ó Neachtain): Lingwi inqas użati fl-Ewropa
Leonard Orban wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Seán Ó Neachtain u Mairead McGuinness.
Il-mistoqsija 45 se tingħata tweġiba bil-miktub aktar 'il quddiem.
Tkellem Evgeni Kirilov dwar il-proċedura tal-ħin tal-mistoqsijiet
Mistoqsija 46 (Claude Moraes): Fondi għall-iżvilupp reġjonali u gruppi ta' minoritajiet
Danuta Hübner (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Claude Moraes u Marie Panayotopoulos-Cassiotou.
Mistoqsija 47 (Jim Higgins): Finanzjamenti reġjonali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Irlanda għall-2007-2013
Danuta Hübner wieġbet għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Jim Higgins.
Mistoqsija 48 (Brian Crowley): Appoġġ ta' l-UE għall-proċess ta' paċi fl-Irlanda
Danuta Hübner wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Seán Ó Neachtain (f'isem l-awtur) u Jim Higgins.
Danuta Hübner wieġbet għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' David Martin.
Il-mistoqsijiet minn 50 sa 54 se jingħataw tweġiba bil-miktub.
Mistoqsija 55 (Georgios Papastamkos): Twaqqif ta' Awtorità għar-Regolamentazzjoni tas-Suq Ewropew tat-Telekomunikazzjonijiet
Viviane Reding (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Georgios Papastamkos.
Mistoqsija 56 (Giovanna Corda): Aċċess għall-internet b'veloċità għolja għaċ-ċittadini kollha fl-Istati Membri
Viviane Reding wieġbet għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Giovanna Corda.
Mistoqsija 57 (Gay Mitchell): Sigurtà fuq l-Internet
Viviane Reding wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Gay Mitchell u Mairead McGuinness.
Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)
Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kummissjoni ntemm.