Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsumin, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa ta' l-ismijiet, fl-anness għall-minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
4.1. It-Trattat ta' Liżbona (votazzjoni)
Rapport dwar it-Trattat ta' Liżbona [2007/2286(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Ko-Rapporteurs: Richard Corbett u Íñigo Méndez de Vigo (A6-0013/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
Richard Corbett (rapporteur) dwar l-emenda 29 li tapplika għall-paragrafu 2(c).
4.2. Iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar [COM(2007)0069 - C6-0078/2007 - 2007/0032(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Ona Juknevičienė (A6-0471/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
Udo Bullmann, f'isem il-Grupp PSE, ippreżenta emenda orali għal emenda 12, li ġiet approvata.
4.4. il-linji gwida għat-tkabbir u l-impjieg (taqsima Orjentazzjonijiet ġenerali tal-politika ekonomika ta' l-Istati Membri u tal-Komunita): tnedija taċ-ċiklu l-ġdid (2008-2010) (votazzjoni)
Rapport dwar il-linji gwida għat-tkabbir u l-impjieg (taqsima Orjentazzjonijiet ġenerali tal-politika ekonomika ta' l-Istati Membri u tal-Komunita): tnedija taċ-ċiklu l-ġdid (2008-2010) [2007/2275(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Margarita Starkevičiūtė (A6-0029/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
Margarita Starkevičiūtė (rapporteur) ippreżentat emenda orali għal paragrafu 39, li ġiet approvata, hija tkellmet ukoll dwar is-segwitu tal-votazzjoni wara l-votazzjoni dwar l-emenda 6;
Pervenche Berès (Chairperson tal- Kumitat ECON) dwar l-impatt ta' din il-votazzjoni.
4.5. Strateġija Ewropea fl-Ażja Ċentrali (votazzjoni)
Rapport dwar l-istrateġija Ewropea fl-Ażja Ċentrali [2007/2102(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Cem Özdemir (A6-0503/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)