Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 20 ta' Frar 2008 - Strasburgu

6. Korrezzjonijiet u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet għall-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct" "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata ta' l-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa ta' l-Ismijiet".

Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa ta' l-anqas ġimgħatejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li tgħaddi din l-iskadenza l-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

Rapport Richard Corbett u Íñigo Méndez de Vigo - A6-0013/2008:

Fernand Le Rachinel indika li l-apparat għall-votazzjoni tiegħu ma ħadimx waqt il-votazzjoni finali;

il-membri tal-Grupp GUE/NGL li l-ismijiet tagħhom ma jidhrux fl-anness «Riżultati tal-votazzjoni b'sejħa ta' l-ismijiet» astenew mill-votazzjoni għall-emendi 1 sa 22 imressqa mill-Grupp IND/DEM.

Avviż legali - Politika tal-privatezza