Rapport dwar it-23 Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll ta' l-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja (2005) [2006/2271(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Monica Frassoni (A6-0462/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
- Monica Frassoni (rapporteur) ipproponiet li l-emendi minn 2 sa 13S għandhom ikunu mressqa għal votazzjoni flimkien. Il-Parlament ma kellu l-ebda oġġezzjoni għal dan.