Il-President avża, skond l-Artikolu 57(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva l-pożizzjonijiet komuni li ġejjin mill-Kunsill flimkien mar-raġunijiet li wasslu sabiex jiġu adottati, u l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fl-20 ta' Diċembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards ta' kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika dwar l-ilma u li temenda d-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u 2000/60/KE (11486/3/2007 - C6-0055/2008 - 2006/0129(COD)) irreferut responsabbli: ENVI
- Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill fl-20 ta' Diċembru 2007 bil-għan li tiġi adottata Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (11406/4/2007 - C6-0056/2008 - 2005/0281(COD)) irreferut responsabbli: ENVI
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu kellu jibda għalhekk mill-għada, 22.02.2008.