Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 12 ta' Marzu 2008 - Strasburgu

IPPRESIEDA Manuel António dos SANTOS
Viċi-President

15. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kunsill)
Rapporti Verbatim

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0013/2008).

Mistoqsija 1 (Marian Harkin): It-Trattat ta' Liżbona.

Mistoqsija 2 (Gay Mitchell): President tal-Kunsill.

Tkellem Gay Mitchell dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tal-mistoqsijiet.

Janez Lenarčič (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marian Harkin, Gay Mitchell, Richard Corbett, Reinhard Rack, Esko Seppänen u Mairead McGuinness.

Tkellmu: Mairead McGuinness u Esko Seppänen biex ikunu iżjed preċiżi dwar il-mistoqsijiet kumplimentari tagħhom, li għalihom wieġeb Janez Lenarčič.

Mistoqsija 3 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Ftehima għaż-Żgħożija.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou.

Mistoqsija 4 (Claude Moraes): Koperazzjoni Ewropea dwar il-fenomenu tan-nies mingħajr dar.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija komplimentari ta' Glenis Willmott (flok l-awtur).

Mistoqsija 5 (Manuel Medina Ortega): Il-ġlieda kontra d-delinkwenza internazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manuel Medina Ortega u Hubert Pirker.

Il-mistoqsija 6 hija inammissibbli. Il-mistoqsija kienet diġà tressqet matul il-perjodu tas-sessjoni ta' Frar.

Il-mistoqsijiet 7 u 8 ma ssejħux, is-suġġett tagħhom kien diġà jidher fl-aġenda tal-perjodu preżenti tas-sessjoni.

Mistoqsija 9 (Jim Higgins): Trasport ta' likwidi.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Jim Higgins u Hubert Pirker.

Mistoqsija 10 (Mairead McGuinness): Perspettiva ta' l-Unjoni għall-Balkani tal-Punent.


Mistoqsija 11 (Silvia-Adriana Ţicău): L-iżvilupp ta' relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.

Mistoqsija 12 (Dimitrios Papadimoulis): L-irwol tal-missjoni ta' l-Unjoni Ewropea fil-Kosovo.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Mairead McGuinness, Silvia-Adriana Ţicău, Zita Pleštinská u Dimitrios Papadimoulis.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin tal-mistoqsijiet allokat għall-Kunsill intemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza